-
Se tħalli ’l qalbek taġixxi skont l-affarijiet miktubin?It-Torri tal-Għassa (Studju)—2017 | Marzu
-
-
12 B’dispjaċir, Ħeżekija tkabbar. B’hekk, “ma raddx skond il-ġid li sarlu.” Il-Bibbja ma tgħidx għaliex inbidlet l-attitudni tiegħu. Forsi kien minħabba r-rebħa tiegħu fuq l-Assirjani jew għax Ġeħova kien fejqu. Jew forsi għax kien sar sinjur u magħruf. Għalkemm Ħeżekija kien qeda lil Ġeħova b’qalb sħiħa, għal xi żmien sar kburi u Ġeħova ma ħax pjaċir. Iżda iktar tard, “Ħeżekija umilja ruħu,” u Alla ħafirlu.—2 Kronaki 32:25-27; Salm 138:6.
Il-mod kif nirreaġixxu meta oħrajn ifaħħruna jistaʼ jikxef x’hemm f’qalbna
-
-
Se tħalli ’l qalbek taġixxi skont l-affarijiet miktubin?It-Torri tal-Għassa (Studju)—2017 | Marzu
-
-
14 Aħna għandna dejjem niftakru f’dak li qal Ġesù: “Meta tkunu għamiltu kulma ġejtu mqabbdin tagħmlu, għidu, ‘Aħna lsiera li m’aħna tajbin għal xejn. Għamilna dak li kellna nagħmlu.’” (Luqa 17:10) Ftakar li meta Ħeżekija sar kburi, hu m’apprezzax kif Ġeħova kien għenu. Allura meta oħrajn ifaħħruna għal xi taħdita li tajna, x’se jgħinna nibqgħu umli? Aħna nistgħu nimmeditaw fuq dak li Ġeħova għamel għalina. U nistgħu nitkellmu dwaru u dwar kif għenna. Wara kollox, hu kien li tana l-Bibbja u l-ispirtu qaddis tiegħu biex inkunu kapaċi nagħtu t-taħdita.
-