“Issalpa f’Maltempata”
SOGRU bħal dan ma kontx tarah bħala meħud f’ħin ħażin, ġennata, u potenzjalment diżastruż? Madankollu, xi wħud b’mod figurattiv ipoġġu lilhom infushom f’sitwazzjoni bħal din. Dan kif? L-awtur Ingliż tas-seklu sbatax Thomas Fuller qal: “Tagħmel xejn f’passjoni furjuża. Tkun qed issalpa f’maltempata.”
Li wieħed isegwi korsa t’azzjoni fi stat taʼ rabja mhux imrażżna jistaʼ jwasslu għal konsegwenzi traġiċi. Dan nistgħu narawh minn ġrajja li nsibuha rrakkontata fil-Bibbja. Simgħon u Levi, ulied Ġakobb il-patrijarka tal-qedem, irreaġixxew għall-vjolazzjoni taʼ oħthom Dina billi għamlu assalt f’dagħdigħa vendikattiva. Ir-riżultat kien massakru sħiħ u serq. Mhux taʼ b’xejn li Ġakobb ikkundanna l-għemil ħażin tagħhom, billi qal: “Ħawwadtuni u bagħadtuni man-nies taʼ din l-art.”—Ġenesi 34:25-30.
B’mod għaqli, il-Kelma t’Alla, il-Bibbja, tirrikkmanda korsa opposta għal dan. Tgħid: “Ħallik mill-korla u la tirrabjax; tinkedd xejn, għax deni jiswielek.” (Salm 37:8) Li nsegwu dan il-parir jistaʼ jiskansalna dnubiet kbar.—Koħèlet 10:4; ara wkoll Proverbji 22:24, 25.