LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ġeħova Għadd ‘Saħansitra x-Xagħar taʼ Rasek’
    It-Torri tal-Għassa—2005 | Awwissu 1
    • “Iġmaʼ fi Flixkun id-​Dmugħ Tiegħi”

      12. Kif nafu li Ġeħova jaf sew dwar it-​tbatijiet li jgħaddi minnhom il-​poplu tiegħu?

      12 Ġeħova mhux biss jaf lil kull wieħed mill-​qaddejja tiegħu individwalment imma wkoll jaf kull dettall dwar it-​tbatijiet li jesperjenza kull wieħed minnhom. Per eżempju, meta l-​Iżraelin kienu qed jinħaqru fil-​jasar, Ġeħova qal lil Mosè: “Jien ħarist u rajt it-​tbatija tal-​poplu tiegħi fl-​Eġittu. U jien smajt il-​karba tagħhom minħabba fl-​argużini tagħhom u għaraft l-​uġigħ tagħhom.” (Eżodu 3:7) Kemm hu taʼ faraġ li nirrealizzaw li meta nkunu qed nissaportu xi prova, Ġeħova jara dak li jkun qed jiġri u jismaʼ l-​karba tagħna! Żgur li mhux se jinjora t-​tbatija tagħna.

      13. X’jurina li Ġeħova tassew iħoss għall-​qaddejja tiegħu?

      13 L-​interess taʼ Ġeħova f’dawk li daħlu f’relazzjoni miegħu jidher iktar ċar mis-​sentimenti tiegħu għall-​Iżraelin. Avolja spiss it-​tbatija tagħhom kienet tiġi minħabba r-​ras iebsa li kellhom, Isaija kiteb dwar Ġeħova: “Fid-​dwejjaq tagħhom kollha kien imnikket.” (Isaija 63:​9, Karm Żammit) Allura, bħala qaddej leali taʼ Ġeħova, int tistaʼ tkun ċert li meta tħossok muġugħ, Ġeħova jħoss l-​uġigħ tiegħek. Ma tħossokx imqanqal minn dan biex tiffaċċja d-​diffikultajiet bla biżaʼ u tkompli tagħmel l-​aħjar tiegħek biex taqdih?—1 Pietru 5:​6, 7.

      14. X’kienu ċ-​ċirkustanzi tas-​salmista meta kkompona Salm 56?

      14 Il-​konvinzjoni tas-​Sultan David li Ġeħova kien jinteressah fih u jħoss għalih tidher biċ-​ċar f’Salm 56, li David ikkompona meta kien qed jaħrab mis-​Sultan Sawl li ried joqtlu. David ħarab lejn Gad, imma beżaʼ li se jinqabad meta l-​Filistin għarfuh. Hu kiteb: “Il-​jum kollu jkasbruni l-​għedewwa tiegħi, għax ħafna huma dawk li jeħduha miegħi.” Minħabba s-​sitwazzjoni perikoluża tiegħu, David mar għand Ġeħova għall-​għajnuna. “Il-​jum kollu jqassu u jgħidu fuqi,” qal hu. “Ħsiebhom biss kif jagħmluli l-​ħsara.”—Salm 56:​3, 6 (56:​2, 5, NW).

      15. (a) David x’ried ifisser meta talab lil Ġeħova biex jiġmaʼ d-​dmugħ tiegħu fi flixkun jew fi ktieb? (b) Meta nkunu qed nissaportu sitwazzjoni li hi taʼ prova għall-​fidi tagħna, dwar xiex nistgħu nkunu ċerti?

      15 Imbagħad, bħalma hemm imniżżel f’Salm 56:9 (56:​8, NW), David jagħmel dawn l-​istqarrijiet mill-​isbaħ: “Int għaddejt kull ċaqliqa tiegħi; iġmaʼ fi flixkun id-​dmugħ tiegħi. M’huwiex dan fil-​ktieb tiegħek?” X’deskrizzjoni li tmisslek qalbek taʼ kif Ġeħova jieħu ħsiebna b’tenerezza! Meta nkunu għaddejjin minn xi stress, għandna mnejn insejħu lil Ġeħova bid-​dmugħ f’għajnejna. Anki l-​bniedem perfett Ġesù għamel dan. (Ebrej 5:7) David kien konvint li Ġeħova kien qed jarah u li kien se jiftakar fit-​tbatija tiegħu, bħallikieku kien qed jiġmaʼ fi flixkun id-​dmugħ tiegħu jew jiktibhom fi ktieb.d Jistaʼ jkun li tħoss li d-​dmugħ tiegħek jimla parti kbira minn dan il-​flixkun jew ħafna paġni minn ktieb bħal dan. Jekk dan hu l-​każ, tistaʼ tfarraġ ruħek. Il-​Bibbja taċċertana: “Qrib il-​Mulej lejn dawk b’qalbhom maqsuma, jgħin lil dawk b’ruħhom mifnija.”—Salm 34:19 (34:​18, NW).

  • Ġeħova Għadd ‘Saħansitra x-Xagħar taʼ Rasek’
    It-Torri tal-Għassa—2005 | Awwissu 1
    • d Fi żmien il-​qedem, il-​fliexken bħal dak imsemmi f’dan il-​vers kienu jkunu magħmulin mill-​ġilda tan-​nagħaġ, il-​mogħoż, u l-​bhejjem. Dawn il-​fliexken kienu jintużaw għall-​ħalib, il-​butir, il-​ġobon, jew l-​ilma. Dawk il-​fliexken li kienu jgħaddu minn proċess iktar intensiv kienu jifilħu jżommu ż-​żejt jew l-​inbid.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja