-
Min Jistaʼ Jeħles Lil Dawk Li Qed Jgħajtu għall-Għajnuna?It-Torri tal-Għassa—2010 | Awwissu 15
-
-
14, 15. Kif nafu li Ġesù jifhem is-sentimenti tal-bnedmin u li “se jeħles lill-fqir li jgħajjatlu għall-għajnuna”?
14 L-umanità midinba tinsab f’kundizzjoni tal-biki u għandha bżonn l-għajnuna b’mod iddisprat. Imma hemm tama għalina. (Aqra Salm 72:12-14.) Ġesù, Salamun Akbar, jagħdirna għax jifhem il-kundizzjoni imperfetta tagħna. Iżjed minn hekk, Ġesù sofra minħabba s-sewwa, u Alla ħallieh jiffaċċja l-provi waħdu. Ġesù tant sofra niket emozzjonali li “l-għaraq tiegħu beda nieżel fl-art bħal qtar tad-demm”! (Lq. 22:44) Iktar tard, fuq iz-zokk tat-tortura, hu għajjat: “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għala abbandunajtni?” (Mt. 27:45, 46) Minkejja dak kollu li bata, u għalkemm Satana għamel sforz kbir biex ibiegħdu minn Ġeħova, Ġesù baqaʼ leali lejn Alla Ġeħova.
-
-
Min Jistaʼ Jeħles Lil Dawk Li Qed Jgħajtu għall-Għajnuna?It-Torri tal-Għassa—2010 | Awwissu 15
-
-
16. Salamun għala kien kapaċi jagħder is-sudditi tiegħu?
16 Minħabba li kellu l-għerf u d-dehen, Salamun bla dubju ‘ddispjaċieh għall-batut.’ Wara kollox, il-ħajja tiegħu kienet mimlija ġrajjiet taʼ niket u trawmatiċi. Ħuh Amnon stupra lil oħtu Tamar, u Absalom, ħu Salamun, qatel lil Amnon għal dan l-att kriminali. (2 Sam. 13:1, 14, 28, 29) Absalom ħataf it-tron taʼ David, imma r-ribelljoni tiegħu falliet, u nqatel minn Ġowab. (2 Sam. 15:10, 14; 18:9, 14) Iktar tard, Adonija, ħu Salamun, ipprova jagħmel lilu nnifsu sultan. Kieku rnexxielu, bla dubju dan kien ifisser mewt għal Salamun. (1 Slat. 1:5) Il-fatt li Salamun fehem it-tbatija umana jidher f’dak li qal f’talba fl-inawgurazzjoni tat-tempju taʼ Ġeħova. Rigward is-sudditi tiegħu, is-sultan talab: “Kull wieħed jaf il-kastig tiegħu u l-uġigħ tiegħu . . . [Ġeħova] aħfer u agħti lil kull wieħed skond triqatu kollha.”—2 Kron. 6:29, 30.
17, 18. Xi wħud mill-qaddejja t’Alla kellhom ikampaw maʼ liema wġigħ, u x’għenhom jagħmlu dan?
17 ‘L-uġigħ tagħna’ jistaʼ jiġi mill-effetti taʼ ċerti esperjenzi fil-ħajja tal-passat. Mary,a Xhud taʼ Ġeħova li għandha fuq it-30 sena tikteb: “Għandi kull raġun biex inkun ferħana, imma spiss il-passat tiegħi jqanqal fija sentimenti taʼ mistħija u għajb. Dan jirriżulta f’niket profond, u spiss nibki, bħallikieku kollox seħħ il-bieraħ. Memorji mnaqqxin f’moħħi għadhom jipproduċu sentimenti qawwijin taʼ ħtija u taʼ li ma niswa għalxejn.”
18 Ħafna mill-qaddejja t’Alla jistgħu jifhmu dawn is-sentimenti, imma x’jistaʼ jgħinhom jiksbu s-saħħa li għandhom bżonn sabiex jissaportu? “Ħbieb ġenwini u familja spiritwali issa jagħmluni ferħana,” tgħid Mary. “Ukoll nipprova niffoka fuq dak li jwiegħed Ġeħova għall-futur, u għandi fiduċja li l-għajta tiegħi għall-għajnuna se tinbidel f’għajta taʼ ferħ.” (Salm 126:5) Irridu npoġġu t-tama tagħna fil-provvediment t’Alla, dak taʼ Ibnu, il-Ħakkiem maħtur tiegħu. Dwaru ġie mbassar: “Se jiddispjaċih għall-batut u għall-fqir, u jsalva ħajjet il-foqra. Mill-moħqrija u mill-vjolenza se jifdilhom ruħhom, u demmhom ikun prezzjuż f’għajnejh.” (Salm 72:13, 14) Kemm hu rassiguranti dan!
-