Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
© 2023 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
1-7 TAʼ JANNAR
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠOB 32-33
Għin lil Dawk Ansjużi Jħossuhom Aħjar
it-1 710
Eliħu
Eliħu ma weriex preferenzi u ma kien ifaħħar iżżejjed lil ħadd. Bħal Ġob hu rrealizza li kien magħmul mit-tafal u li Dak li Jistaʼ Kollox hu l-Ħallieq tiegħu. Eliħu ma riedx ibeżżaʼ lil Ġob imma tkellem miegħu bħala ħabib. Hu indirizza lil Ġob b’ismu, xi ħaġa li m’għamlux Elifaż, Bildad, u Sofar.—Ġob 32:21, 22; 33:1, 6.
15-21 TAʼ JANNAR
Ġawhar Spiritwali
it-1 492
Komunikazzjoni
Fil-postijiet li jissemmew fil-Bibbja n-nies kienu jsiru jafu b’ideat u b’dak li jkun qed jiġri b’modi differenti, ħafna drabi minn nies oħrajn. (2Sa 3:17, 19; Ġob 37:20) Dawk li kienu jivvjaġġaw, ħafna drabi bl-iġmla, kienu jgħidu x’qed jiġri meta kienu jieqfu fi bliet jew f’xi postijiet għall-ikel, għall-ilma, u għal affarijiet oħra. Peress li l-Palestina kienet fiċ-ċentru tal-Asja, l-Afrika, u l-Ewropa, ħafna nies kienu jgħaddu minnha meta kienu jivvjaġġaw. Allura n-nies li kienu joqogħdu hemm setgħu jsiru jafu x’kien qed jiġri f’artijiet barranin, spiss minn fuq is-suq.
22-28 TAʼ JANNAR
Ġawhar Spiritwali
it-2 222
Il-Wieħed li Jagħtina l-Liġijiet
Ġeħova hu l-Wieħed li jagħtina l-liġijiet. Hu għamel il-liġijiet tan-natura għall-istilel li m’għandhomx ħajja u għall-annimali. (Ġob 38:4-38; Ġob 39:1-30; Sa 104:5-19) Minħabba li l-bniedem maħluq minn Ġeħova, hu wkoll jaqaʼ taħt il-liġijiet tan-natura. Meta persuna tmur kontra l-liġijiet tan-natura hi se tbati l-konsegwenzi. Bl-istess mod meta xi ħadd imur kontra l-liġijiet taʼ Ġeħova dwar kif għandu jgħix, se jbati. Kif tgħid l-iskrittura, “Alla ma jidħaq bih ħadd. Għax dak li bniedem jiżraʼ, dak ukoll jaħsad.”—Ga 6:7.
29 TAʼ JANNAR–4 TAʼ FRAR
Ġawhar Spiritwali
it-2 808
Twaqqigħ għaċ-ċajt
Ġob kien raġel sew li baqaʼ leali avolja ġie mwaqqaʼ għaċ-ċajt. Imma hu beda jaħseb b’mod ħażin u żbalja. Minħabba f’hekk ġie kkoreġut. Eliħu qal dwaru: “Min hu bħal Ġob, li jaċċetta t-tgħajjir bħallikieku qed jixrob l-ilma?” (Ġob 34:7) Ġob tant kien konvint li kellu raġun li beda jqis lilu nnifsu ġust iktar minn Alla. (Ġob 35:2; 36:24) Meta Elifaż, Bildad, u Sofar bdew iwaqqgħuh għaċ-ċajt, Ġob ħadha li kienu qed jitkellmu kontrih u mhux kontra Alla. Dan kien bħal meta xi ħadd jieħu pjaċir bit-twaqqigħ għaċ-ċajt, bħallikieku qed jieħu pjaċir jixrob l-ilma. Ġeħova iktar tard spjega lil Ġob li b’dak li qalu kienu qed jitkellmu kontra Alla stess.—Ġob 42:7.
5-11 TAʼ FRAR
Ġawhar Spiritwali
it-1 425
Qoxra tal-qamħ
Il-qoxra tal-qamħ kienet ittir bħal trab mar-riħ. Dan l-eżempju juri kif Ġeħova jneħħi lill-apostati minn mal-poplu tiegħu u wkoll kif jeqred lin-nies ħżiena. (Ġob 21:18; Sa 1:4; 35:5; Is 17:13; 29:5; 41:15; Ħo 13:3) Is-Saltna t’Alla se tfarrak lill-għedewwa t’Alla u dawn se jittajru bħal qoxra taʼ żerriegħa.—Da 2:35.
Il-qoxra spiss kienu jaħarquha biex b’hekk żgur ma titħallatx u ma tagħmilx ħsara lill-qamħ. B’mod simili, Ġwanni l-Battista bassar il-qerda li kienet ġejja fuq ir-reliġjon falza. Ġesù Kristu—il-wieħed li għandu l-qawwa jneħħi l-qoxra minn mal-qamħ, se jiġbor il-qamħ “fil-maħżen, imma l-qoxra jaħraqha b’nar li ma jintefiex.”—Mt 3:7-12; Lq 3:17.
12-18 TAʼ FRAR
Ġawhar Spiritwali
it-1 995
Qabar
F’Rumani 3:13 l-appostlu Pawlu kkwota minn Salm 5:9. Hemmhekk qabbel il-gerżuma tal-irġiel ħżiena maʼ “qabar miftuħ.” Bħalma qabar miftuħ jimtela b‘nies mejta u l-ħażen, meta jiftħu ħalqhom dawn l-irġiel jgħidu kliem li joqtol u ħażin.—Ara l-prinċipju f’Mt 15:18-20.