LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gm kap. 8 pp. 42-49
  • lx-Xjenza−Tat Prova li l-Bibbja Hi Żballjata?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • lx-Xjenza−Tat Prova li l-Bibbja Hi Żballjata?
  • Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Sottitli
  • Il-Pjaneta Art Tagħna
  • “Fil-Bidu”
  • Is-Saħħa u s-Sanità
  • X’⁠Tgħid il-Bibbja?
  • L-Evoluzzjoni u l-Ħolqien
  • Hemm Provi Għaliha?
  • L-Oriġini tal-Ħajja
  • Għala Mhux Ħolqien
  • X’⁠Ingħidu Dwar id-Dulluvju?
  • L-Ilmijiet tad-Dulluvju
  • Traċċi tad-Dulluvju?
  • L-Umanità Ma Nesitx
Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
gm kap. 8 pp. 42-49

Kapitlu 8

lx-Xjenza−Tat Prova li l-Bibbja Hi Żballjata?

Fl-1613 ix-xjenzat Taljan Galileo ppubblika biċċa xogħol magħrufa bħala “Ittri fuq Tikek tax-Xemx.” Fiha, hu ppreżenta evidenza li l-art iddur madwar ix-xemx, minflok ma x-xemx madwar l-art. Billi għamel hekk, hu ta bidu għal serje taʼ ġrajjiet li fl-aħħar ġabuh quddiem l-Inkwiżizzjoni Kattolika Rumana taħt “suspett qawwi taʼ ereżija.” Eventwalment, hu ġie mġiegħel li “jindem.” L-ideja li l-art iddur max-xemx għala kienet meqjusa bħala ereżija? Għaliex dawk li xlew lil Galileo sostnew li dan kien kuntrarju għal dak li tgħid il-Bibbja.

1. (Inkludi l-introduzzjoni.) (a) X’⁠ġara meta Galileo ssuġġerixxa li l-art titħarrek madwar ix-xemx? (b) Għalkemm il-Bibbja mhix xi ktieb tal-iskola dwar ix-xjenza, x’⁠insibu meta dak li tgħid inqabbluh max-xjenza moderna?

ĦAFNA jħossu llum li l-Bibbja ma hix xjentifika, u xi wħud jippontaw lejn l-esperjenza taʼ Galileo biex jagħtu prova taʼ dan. Imma huwa dan il-każ? Meta nwieġbu dik il-mistoqsija, irridu niftakru li l-Bibbja hija ktieb taʼ profezija, storja, talb, liġi, pariri, u għarfien dwar Alla. Ma tgħidx li hi xi ktieb tal-iskola dwar ix-xjenza. Madankollu, meta l-Bibbja tmiss xi kwistjonijiet xjentifiċi, dak li tgħid huwa dejjem eżatt għalkollox.

Il-Pjaneta Art Tagħna

2. Il-Bibbja kif tiddeskrivi l-pożizzjoni tal-art fl-ispazju?

2 Ikkunsidra, per eżempju, dak li l-Bibbja tgħid dwar il-pjaneta tagħna, l-art. Fil-ktieb taʼ Ġob, naqraw: “[Alla] qed iġebbed ’⁠il barra t-Tramuntana fuq il-post vojt, billi jdendel l-art fuq xejn.“ (Ġob 26:⁠7) Qabbel dan mal-istqarrija taʼ Isaija, meta jgħid: “Hemm Wieħed li qed igħammar ’⁠il fuq miċ-ċirku tal-art.” (Isaija 40:22) L-istampa li tingħata taʼ art tonda ‘imdendla fuq xejn’ fil-“post vojt” tfakkarna ferm fir-ritratti meħudin mill-astronawti tal-isfera tal-art iżżomm waħedha fi spazju vojt.

3, 4. X’⁠inhu ċ-ċiklu tal-ilma fuq l-art, u l-Bibbja x’⁠tgħid dwar dan?

3 Ikkunsidra, ukoll, iċ-ċiklu tal-għaġeb tal-ilma tal-art. Hawn hu kif Compton’⁠s Encyclopedia tiddeskrivi dak li jiġri: “L-ilma . . . jevapora minn wiċċ l-oċejani għal ġol-atmosfera. . . Kurrenti tal-arja qawwijin li jiċċaqalqu fl-atmosfera tal-art iġorru l-arja mxarrba lejn l-art. Meta l-arja tibred, id-duħħan tal-ilma jikkondensa biex jifforma qtar taʼ ilma. Dawn jidhru l-iktar bħala sħab. Spiss il-qtar jingħaqdu flimkien biex jifformaw taqtir tax-xita. Jekk l-atmosfera hi kiesħa biżżejjed, tifforma l-borra minflok it-taqtir tax-xita. Fiż-żewġ każi, l-ilma li vvjaġġa minn xi oċejan mijiet jew saħansitra eluf taʼ mili ’⁠l bogħod jaqaʼ fuq il-wiċċ tal-art. Hemm jinġabar f’⁠nixxigħat jew jinxtorob mill-art u jibda l-vjaġġ tiegħu lura lejn il-baħar.”​1

4 Dan il-proċess tal-għaġeb, li jagħmel il-ħajja possibbli fuq art niexfa, kien deskritt sewwa madwar 3,000 sena ilu f’⁠termini sempliċi u ċari fil-Bibbja: “In-nixxigħat kollha jiġru lejn il-baħar, iżda l-baħar qatt ma jfur; lura lejn il-post li minnhom jiġru n-nixxigħat jerġgħu jmorru biex jerġgħu jiġru.”−Ekkleżjasti 1:​7, The New English Bible.

5. Il-kumment tas-salmista dwar l-istorja tal-muntanji tal-art kif inhu aġġornat b’⁠mod tal-għaġeb?

5 Forsi saħansitra iktar tal-għaġeb huwa d-dehen tal-Bibbja dwar l-istorja tal-muntanji. Hawn hu dak li jgħid ktieb taʼ studju dwar il-ġeoloġija: “Minn żminijiet Pre-Kambrijani sal-preżent, il-proċess perpetwu tal-bini u l-qerda tal-muntanji kompla. . . . Il-muntanji mhux biss oriġinaw minn qiegħ ibħra li sparixxew, imma spiss kienu taħt l-ilma għal żmien twil wara li ġew ifformati, u mbagħad reġgħu telgħu fil-wiċċ.”​2 Qabbel dan mal-lingwaġġ poetiku tas-salmist: “B’⁠fond taʼ ilma sewwa sew bħal libsa int għattejt [l-art]. L-ilmijiet kienu qegħdin ’⁠il fuq mill-muntanji nfushom. Muntanji ssoktaw jitilgħu ’⁠l fuq, pjanuri tal-widien issoktaw jinżlu ’⁠l isfel−lejn il-post li int sejjist għalihom.”−Salm 104:​6, 8.

“Fil-Bidu”

6. Liema stqarrija fll-Bibbja hi fl qbil mat-teoriji xjeiitiflċi kurrenti dwar l-oriġini tal-univers?

6 Sewwa sew l-ewwel vers tal-Bibbja jistqarr: “Fil-bidu Alla ħalaq is-smewwiet u l-art.” (Ġenesi 1:⁠1) Osservazzjonijiet wasslu lil xjenzati għat-teorija li l-univers materjali tabilħaqq kellu bidu. Ma eżistiex minn dejjem. L-astronomu Robert Jastrow, li hu agnostiku rigward kwistjonijiet reliġjużi, kiteb: “Id-dettalji ma jaqblux, imma l-elementi essenzjali fir-rakkonti tal-astronomija u tal-Bibbja f’⁠Ġenesi huma l-istess: il-katina tal-ġrajjiet li wasslet għall-bniedem bdiet f’⁠daqqa u b’⁠qawwa f’⁠mument definit taʼ żmien, bi tfaqqiegħ taʼ dawl u enerġija.”​3

7, 8. Għalkemm ma jammettux is-sehem t’⁠Alla fll-kwistjoni, bosta xjenzati x’⁠qed ikollhom jammettu rigward l-oriġini tal-univers?

7 Veru, ħafna xjenzati, waqt li jemmnu li l-univers kellu bidu, ma jaċċettawx l-istqarrija li “Alla ħalaq.” Madankollu, xi wħud issa jammettu li hu diffiċli li tinjora l-evidenza taʼ xi xorta taʼ intelliġenza wara l-affarijiet kollha. Il-professur tal-fiżika Freeman Dyson jikkummenta: “Iktar ma neżamina l-univers u nistudja d-dettalji tal-arkitettura tiegħu, iktar insib evidenza li l-univers f’⁠xi sens bil-fors li kien jaf li ġejjin aħna.”

8 Dyson jissokta jammetti: “Bħala xjenzat, imħarreġ fid-drawwiet tal-ħsieb u l-lingwa tas-seklu għoxrin u mhux tas-seklu tmintax, jien ma nsostnix li l-arkitettura tal-univers tagħti prova tal-eżistenza t’⁠Alla. Jien insostni biss li l-arkitettura tal-univers hi konsistenti mal-ipotesi li l-moħħ jilgħab parti essenzjali fil-funzjonijiet tagħha.”​4 Il-kumment tiegħu ċertament li jikxef l-attitudni xettika taʼ żmienna. Imma jekk iwarrab dak ix-xettiċiżmu fil-ġenb, wieħed jinnota li hemm armonija li tispikka bejn ix-xjenza moderna u l-istqarrija tal-Bibbja li “fil-bidu Alla ħalaq is-smewwiet u l-art.”−Ġenesi 1:⁠1.

Is-Saħħa u s-Sanità

9. Il-liġi tal-Bibbja dwar mardiet tal-laħam li jittieħdu kif tirrifletti għerf prattiku? (Ġob 26:⁠3)

9 Ikkunsidra x’⁠tgħid il-Bibbja rigward qasam ieħor: is-saħħa u s-sanità. Jekk xi Iżraelit kien ikollu xi tebgħa fil-ġilda ssuspettata li hi ġdiem, dak kellu jinżaram kwarantina. “Il-jiem kollha li l-pesta hi fih hu se jkun mhux nadif. Hu mhux nadif. Għandu jgħammar iżolat. Barra l-kamp hu l-post fejn igħammar.” (Levitiku 13:46) Saħansitra l-ħwejjeġ infettati kellhom jinħarqu. (Levitiku 13:52) F’⁠dawk il-jiem, dan kien mod effettiv biex jiġi evitat li l-infezzjoni tinfirex.

10. B’⁠liema mod jistgħu jibbeneflkaw ħafna f’⁠xi artijiet billi jsegwu l-parir tal-Bibbja dwar l-iġjene?

10 Liġi importanti oħra kellha x’⁠taqsam mar-rimi tal-ħmieġ li joħroġ mill-bniedem, li kellu jiġi midfun barra l-kamp. (Dewteronomju 23:​12, 13) Din il-liġi bla ebda dubju salvat lil Iżrael minn ħafna mardiet. Saħansitra llum, problemi serji taʼ saħħa huma kkaġunati f’⁠xi artijiet minn modi ħżiena taʼ kif wieħed jeħles mill-iskart uman. Kieku n-nies f’⁠dawk il-pajjiżi mqar isegwu l-liġi li nkitbet eluf taʼ snin ilu fil-Bibbja, kieku kienu jkunu ħafna iktar f’⁠saħħithom.

11. Liema parir Bibliku dwar is-saħħa mentali nstab li hu prattiku?

11 Il-livell għoli tal-Bibbja dwar l-iġjene jinvolvi saħansitra s-saħħa mentali. Proverbju tal-Bibbja jgħid: “Qalb kalma hija l-ħajja tal-organiżmu tal-laħam, imma l-għira hi tmermir sal-għadam.” (Proverbji 14:30) Fi snin riċenti, ir-riċerka medika wriet li s-saħħa flżika tagħna hi tabilħaqq effettwata mill-attitudni mentali tagħna. Per eżempju, it-Tabiba C. B. Thomas tal-Università Johns Hopkins studjat lil iktar minn elf gradwat tul perijodu taʼ 16⁠-⁠il sena, billi qabblet il-karatteristiċi psikoloġiċi tagħhom mat-tendenza tagħhom li jimirdu. Ħaġa waħda hi nnotat: Il-gradwati bl-akbar tendenza li jimirdu kienu dawk li kienu iktar irrabjati u iktar anzjużi taħt pressjoni.​5

X’⁠Tgħid il-Bibbja?

12. Il-Knisja Kattolika għala nsistiet li t-teorija taʼ Galileo dwar l-art kienet ereżija?

12 Jekk il-Bibbja hi tant preċiża fl-oqsma tax-xjenza, il-Knisja Kattolika għala qalet li t-tagħlim taʼ Galileo li l-art iddur madwar ix-xemx kien kontra l-Iskrittura? Minħabba l-mod kif l-awtoritajiet interpretaw ċerti versi tal-Bibbja.​6 Kienu korretti? Ejjew naqraw tnejn mill-passaġġi li kkwotaw huma u naraw.

13, 14. Liema versi Bibliċi applikat ħażin il-Knisja Kattolika? Spjega.

13 Passaġġ minnhom igħid: “Ix-xemx titlaʼ, ix-xemx tinżel; imbagħad tiġri lejn postha u hemm titlaʼ.” (Ekkleżjasti 1:​5, The Jerusàlem Bible) Skond l-argument tal-Knisja, espressjonijiet bħal “ix-xemx titlaʼ⁠” u “ix-xemx tinżel” iflssru li x-xemx, mhux l-art, qed titħarrek. Imma saħansitra llum aħna ngħidu li x-xemx titlaʼ u tinżel, u fll-biċċa l-kbira nafu li hija l-art li titħarrek, mhux ix-xemx. Meta nużaw espressjonijiet bħal dawn, aħna sempliċement qed niddeskrivu l-moviment li jidher tax-xemx skond ma jidher minn osservatur uman. Il-kittieb tal-Bibbja kien qed jagħmel preċiż l-istess.

14 Il-passaġġ l-ieħor igħid: “Inti ffissajt l-art fuq il-pedamenti tagħha, bla ma tiċċaqlaq għal dejjem taʼ dejjem.” (Salm 104:​5, The Jerusalem Bible) Dak kien interpretat li jflsser li wara l-ħolqien tagħha l-art qatt ma setgħet titħarrek. Fil-fatt, iżda, il-vers qed jenfasizza l-permanenza tal-art, mhux jekk tiċċaqlaqx. L-art qatt ma se tiġi ‘mċaqalqa’ mill-eżistenza tagħha, jew meqruda, bħalma jikkonfermaw versi oħra tal-Bibbja. (Salm 37:29; Ekkleżjasti 1:⁠4) Din l-iskrittura, ukoll, ma għandha x’⁠taqsam xejn mat-taħrik relattiv tal-art u x-xemx. Fi żmien Galileo, kienet il-Knisja, u mhux il-Bibbja, li xekklet id-diskussjoni xjentiflka ħielsa.

L-Evoluzzjoni u l-Ħolqien

15. X’⁠inhi t-teorija tal-evoluzzjoni, u din kif tikkontradixxi l-Bibbja?

15 Hemm, madankollu, qasam fejn ħafna jgħidu li x-xjenza moderna u l-Bibbja ma jaqblu assolutament xejn. Il-biċċa l-kbira tax-xjenzati jemmnu flt-teorija tal-evoluzzjoni, li tgħallem li l-affarijiet ħajjin kollha evolvew minn forma sempliċi tal-ħajja li bdiet teżisti miljuni taʼ snin ilu. Il-Bibbja, mill-banda l-oħra, tgħallem li kull grupp prinċipali taʼ affarijiet ħajjin ġie b’⁠mod speċjali maħluq u jirriproduċi biss “skond ix-xorta tiegħu.” Il-bniedem, tgħid hi, kien maħluq “mit-trab tal-art.” (Ġenesi 1:21; 2:⁠7) Huwa dan żball xjentiflku oħxon fil-Bibbja? Qabel ma int tiddeċiedi, ejja nħarsu iktar mill-qrib lejn dak li x-xjenza taf, f’⁠kuntrast ma’ dak li toffri bħala teorija.

16-18. (a) X’⁠kienet osservazzjoni waħda li għamel Charles Darwin li wasslitu biex jemmen fl-evoluzzjoni? (b) Kif nistgħu nargumentaw li dak li Darwin osserva fll-Gżejjer Galàpagos ma jikkontradixxix lil dak li tgħid il-Bibbja?

16 It-teorija tal-evoluzzjoni ntgħamlet popolari matul l-aħħar seklu minn Charles Darwin. Meta kien fil-Gżejjer Galàpagos fil-Paċifiku, Darwin baqaʼ impressjonat ferm bl-ispeċi differenti tal-griedel fuq il-gżejjer differenti, li, ħass hu, bil-fors li ġew minn speċje antenat wieħed biss. F’⁠parti minħabba din l-osservazzjoni, hu ġab ’⁠il quddiem it-teorija li l-affarijiet ħajjin kollha ġejjin minn forma waħda sempliċi u oriġinali. Il-forza li saqet l-evoluzzjoni taʼ ħlejjaq iktar għoljin minn uħud iktar baxxi, sostna hu, kienet il-għażla naturali, billi jibqaʼ ħaj min hu l-iktar b’⁠sħħtu. Grazzi għall-evoluzzjoni, stqarr hu, l-annimali tal-art żviluppaw mill-ħut, l-agħsafar mir-rettili, u nibqgħu sejrin.

17 Fil-fatt, dak li osserva Darwin f’⁠dawk il-gżejjer iżolati kien f’⁠armonija mal-Bibbja, li tħalli l-wisgħa għal varjazzjoni ġewwa xi xorta prinċipali taʼ ħajja. Ir-razez kollha tal-bnedmin, per eżempju, ġew minn koppja umana oriġinali waħda. (Ġenesi 2:​7, 22-24) Mela ma hu xejn stramb li dawk l-ispeċi differenti taʼ griedel joħorġu min speċje antenat komuni. Imma dawn griedel baqgħu. Ma evolvewx biex isiru isqra jew ajkli.

18 La d-diversi speċi taʼ griedel u lanqas ebda ħaġa oħra li ra Darwin ma tat prova li l-affarijiet ħajjin kollha, kemm jekk huma klieb il-baħar jew gawwi, il-junfanti jew ħniex tal-art, għandhom antentat komuni. Madankollu, ħafna xjenzati jistqarru li l-evoluzzjoni m’⁠għadhiex sempliċi teorija imma li hi fatt. Oħrajn, waqt li jagħrfu l-problemi tat-teorija, jgħidu li jemmnuha xorta waħda. Huwa popolari li tagħmel hekk. Aħna, madankollu, għandna bżonn inkunu nafu jekk l-evoluzzjoni ġietx ipprovata tant tajjeb li l-Bibbja bil-fors li hi żballjata.

Hemm Provi Għaliha?

19. Ir-rekord tal-fossili jappoġġja lill-evoluzzjoni jew lill-ħolqien?

19 It-teorija tal-evoluzzjoni kif tistaʼ tiġi ttestjata? L-iktar mod ovvju hu li teżamina r-rekord tal-fossili biex tara jekk verament saritx xi bidla bil-mod il-mod minn xorta għal oħra. Hekk ġara? Le, bħalma jammettu għadd taʼ xjenzati onesti. Wieħed minnhom, Francis Hitching, jikteb: “Meta tflttex għal ħoloq bejn il-gruppi ewlenin tal-annimali, dawn sempliċement m’⁠humiex hemm.”​7 Tant hu ovvju dan in-nuqqas taʼ evidenza flr-rekord tal-fossili li l-evoluzzjonisti ħarġu b’⁠xi alternattivi għat-teorija Darwinjana taʼ bdil bil-mod il-mod. Il-verità hi, iżda, li d-dehra ħesrem taʼ xorta differenti taʼ annimali flr-rekord tal-fossili tappoġġja lill-ħolqien speċjali ferm iktar milli tappoġġja lill-evoluzzjoni.

20. Il-mod kif iċ-ċelloli ħajjin jirriproduċu għala ma jagħtix lok għal li sseħħ l-evoluzzjoni?

20 Iktar minn hekk, Hitching juri li l-ħlejjaq ħajjin huma pprogrammati biex jirriproduċu lilhom infushom bl-eżatt minflok ma jevolvu f’⁠xi ħaġa oħra. Hu jgħid: “Ċelloli ħajjin jirdoppjaw lilhom infushom b’⁠fedeltà kważi totali. L-ammont taʼ żball hu tant żgħir li ebda magna magħmula mill-bniedem ma tavviċinaha. Hemm ukoll kontrolli mibnijin fihom. Il-pjanti jilħqu ċertu daqs u jirrifjutaw li jikbru iktar. Id-dubbien jirrifjutaw li jsiru xi ħaġ’oħra ħlief dubbien taħt kwalunkwe ċirkostanza li tfasslet s’⁠issa.”​8 Skerzi tan-natura kkaġunati minn xjenzati fid-dubbien tul għexur taʼ snin naqsu li jġegħluhom jevolvu f’⁠xi ħaġa oħra.

L-Oriġini tal-Ħajja

21. Liema konklużjoni pprovata minn Louis Pasteur toħloq problema serja għall-evoluzzjonisti?

21 Mistoqsija mxewka oħra li l-evoluzzjonisti naqsu li jwieġbu hi: X’⁠kien l-oriġini tal-ħajja? L-ewwel forma sempliċi tal-ħajja−li minnha aħna lkoll suppost li ġejna−kif ġiet fl-eżistenza? Sekli ilu, dan ma kienx jidher li kien problema. Il-biċċa l-kbira tan-nies kienu jaħsbu f’⁠dak iż-żmien li d-dubbien setgħu jiżżviluppaw minn laħam imħassar u li gozz ċraret qodma setgħu jipproduċu l-ġrieden spontanjament. Imma, iktar minn mitt sena ilu, l-ispiżjar Franċiż Louis Pasteur wera biċ-ċar li l-ħajja tistaʼ tiġi biss minn ħajja li tkun teżisti qabel.

22, 23. Skond l-evoluzzjonisti, il-ħajja kif bdiet, imma l-fatti x’⁠juru?

22 Mela l-evoluzzjonisti kif jispjegaw is-sors tal-ħajja? Skond l-iktar teorija popolari, ikkumbinar b’⁠kumbinazzjoni taʼ kimiċi u enerġija għamlu xrara taʼ ġenerazzjoni spontanja taʼ ħajja miljuni taʼ snin ilu. X’⁠ingħidu dwar il-prinċipju li ta prova tiegħu Pasteur? The World Book Encyclopedia tispjega: “Pasteur wera li l-ħajja ma tistax tqum spontanjament taħt il-kundizzjonijiet kimiċi u fiżiċi preżenti fuq l-art illum. Biljuni taʼ snin ilu, madankollu, il-kundizzjonijiet kimiċi u fiżiċi fuq l-art kienu differenti ferm”!​9

23 Saħansitra taħt kundizzjonijiet differenti ferm, iżda, hemm qasma kbira bejn materjal bla ħajja u l-iktar ħaġa ħajja sempliċi. Michael Denton, fil-ktieb tiegħu Evolution: A Theory in Crisis, jgħid: “Bejn ċellola ħajja u l-iktar sistema mhux bijoloġika taʼ ordni kbira, bħal biċċa kristall jew biċċa borra, hemm ħondoq vast u assolut daqskemm tistaʼ timmaġina.”​10 L-ideja li materjal bla ħajja setaʼ ħa l-ħajja b’⁠xi kumbinazzjoni bl-addoċċ tant hi remota li hi impossibbli. L-ispjegazzjoni tal-Bibbja, li ’⁠l-ħajja ġiet minn ħajja’ billi l-ħajja nħolqot minn Alla, taqbel b’⁠mod konvinċenti mal-fatti.

Għala Mhux Ħolqien

24. Minkejja l-problemi tat-teorija, il-biċċa l-kbira tax-xjenzati għala jżommu mat-teorija tal-evoluzzjoni?

24 Minkejja l-problemi li hemm fll-qalba tat-teorija tal-evoluzzjoni, it-twemmin fll-ħolqien hu meqjus illum bħala li mhux xjentifiku, saħansitra eċċentriku. Dan għala? Għala saħansitra awtorità bħal Francis Hitching, li b’⁠mod onest juri x’⁠inhuma d-djufijiet tal-evoluzzjoni, jiċħad l-ideja taʼ ħolqien?​11 Michael Denton jispjega li l-evoluzzjoni, bin-nuqqasijiet kollha tagħha, se tibqaʼ tiġi mgħallma għaliex it-teoriji li għandhom x’⁠jaqsmu mal-ħolqien “jinvokaw frankament kawżi sopranaturali”​12 Fi kliem ieħor, il-fatt li l-ħolqien jinvolvi Ħallieq jagħmlu inaċċettabbli. Żgur li dan hu l-istess xorta taʼ raġunar taʼ ċirku vizzjuż li ltqajna miegħu fil-każ tal-mirakli: Il-mirakli huma impossibbli għaliex huma mirakolużi!

25. Liema djufija tal-evoluzzjoni, mill-aspett xjentifiku, turi li mhix alternattiva valida għall-ħolqien f’⁠li tispjega l-oriġini tal-ħajja?

25 Minbarra dan, it-teorija nfisha tal-evoluzzjoni hi taʼ min jissuspettaha ferm minn ħarsa xjentifika. Michael Denton jissokta jgħid: “Billi hija bażikament teorija taʼ rikostruzzjoni storika, [it-teorija tal-evoluzzjoni taʼ Darwin] hija impossibbli li tiwerifikaha b’⁠xi esperiment jew b’⁠osservazzjoni diretta bħalma hu nor-mali fix-xjenza. . . . Iktar minn hekk, it-teorija tal-evoluzzjoni tittratta dwar serje taʼ ġrajjiet uniċi, l-oriġini tal-ħajja, l-oriġini tal-intelliġenza u nibqgħu sejrin. Ġrajjiet uniċi ma jistgħux jiġu rrepetuti u ma jistgħux jiġu ssuġġettati għal xi xorta taʼ investigazzjoni sperimentali.”​13 Il-verità hi li t-teorija tal-evoluzzjoni, minkejja l-popolarità tagħha, hi mimlija xquq u problemi. Ma tagħti ebda raġuni tajba biex wieħed jiċħad ir-rakkont tal-Bibbja dwar l-oriġini tal-ħajja. L-ewwel kapitlu taʼ Ġenesi jipprovdi rakkont raġonevoli għalkollox dwar kif dawn il-“ġrajjiet uniċi” li “ma jistgħux jiġu rrepetuti” ġraw matul ‘jiem’ taʼ ħolqien fuq medda taʼ millennji taʼ żmien.a

X’⁠Ingħidu Dwar id-Dulluvju?

26, 27. (a) X’⁠tgħid il-Bibbja dwar id-Dulluvju? (b) Minfejn, f’⁠parti minnhom, bil-fors li ġew l-ilmijiet tad-dulluvju?

26 Ħafna jippontaw lejn dik li jaħsbu li hi kontradizzjoni oħra bejn il-Bibbja u x-xjenza moderna. Fil-ktieb taʼ Ġenesi, naqraw li eluf taʼ snin ilu l-ħażen mill-agħar tal-bnedmin kien tant kbir li Alla qatagħha li jeqridhom. Madankollu, hu ta struzzjoni lir-raġel twajjeb Noè biex jibni bastiment kbir tal-injam, arka. Imbagħad Alla ġab dulluvju fuq l-umanità. Noè u l-familja tiegħu biss baqgħu ħajjin, flimkien ma’ rappreżentanti mill-ispeċi kollha tal-annimali. Id-Dulluvju kien tant kbir li “il-muntanji għoljin kol-lha li kienu taħt is-smewwiet sħaħ ġew li jkunu mgħottijin.”−Ġenesi 7:⁠19.

27 Dak l-ilma kollu minfejn ġie biex igħatti l-art kollha? Il-Bibbja nfisha twieġeb. Kmieni fil-proċess tal-ħolqien, meta l-firxa tal-atmosfera bdiet tieħu sura, kien hemm “ilmijiet . . . taħt il-firxa” u “ilmijiet. . . fuq il-firxa.” (Ġenesi 1:7; 2 Pietru 3:⁠5) Meta ġie d-Dulluvju, il-Bibbja tgħid: “Ir-rixtelli tal-għargħar tas-smewwiet infetħu.” (Ġenesi 7:11) Jidher ċar li l-“ilmijiet . . . fuq il-firxa” waqgħu u pprovdew ħafna mill-ilma għall-għarqa.

28. Qaddejja tal-qedem t’⁠Alla, inkluż Ġesù, kif ħarsu lejn id-Dulluvju?

28 Kotba taʼ studju modern ixaqilbu lejn li jwarrbu dulluvju universali. Mela jkollna nistaqsu: Huwa d-Dulluvju sempliċi ħrafa, jew ġara tassew? Qabel inwieġbu dan, għandna ninnotaw li l-adoraturi taʼ Jehovah li ġew wara aċċettaw id-Dulluvju bħala storja ġenwina; ma qisuhx bħala ħrafa. Isaija, Ġesù, Pawlu, u Pietru kienu fost dawk li rreferew għalih bħala xi ħaġa li ġrat tassew. (Isaija 54:9; Mattew 24:​37-39; Ebrej 11:7; 1 Pietru 3:​20, 21; 2 Pietru 2:5; 3:​5-7) Imma hemm mistoqsijiet li jridu jitwieġbu dwar din il-Għarqa universali.

L-Ilmijiet tad-Dulluvju

29, 30. Liema fatti dwar il-provista tal-ilma tal-art juru li d-Dulluvju setaʼ ġara?

29 L-ewwel, mhix l-ideja taʼ li l-art kollha ġiet imgħarrqa goffa wisq? Lanqas xejn. Tabilħaqq, se ċertu punt l-art għadha mgħarrqa. Sebgħin fil-mija tagħha huwa miksi bl-ilma u 30 fil-mija biss hi art niexfa. Iktar minn hekk, 75 fll-mija tal-ilma pur tal-art hu maqbud f’⁠silġiet kbar u f’⁠kapep tas-silġ polari. Kieku kellu jdub dan is-silġ kollu, il-livell tal-baħar kien jogħla ferm iktar. Bliet bħal New York u Tokyo kienu jisparixxu.

30 Iktar minn hekk, Tħe New Encyclopcedia Britannica tgħid: “Il-medja taʼ fond tal-ibħra kollha ġie kkalkolat li hu 3,790 metru (12,430 pied), figura li hi konsiderevolment ikbar mill-medja tal-għoli tal-art ’⁠il fuq mil-livell tal-baħar, li hu taʼ 840 metru (2,760 pied). Jekk timmoltiplika l-medja taʼ fond bid-daqs tal-firxa rispettiva fil-wiċċ tal-art, il-volum tal-Oċejan Dinji hu 1l-il darba iktar mill-volum tal-art ’⁠il fuq mil-livell tal-baħar.”​14 Mela, kieku kellu jiġi Uivellat kollox−kieku l-muntanji kellhom jiġu ċċattjati u jimlew il-widien profondi tal-baħar−il-baħar kien jiksi lill-art kollha b’⁠fond taʼ eluf taʼ metri.

31. (a) Biex id-Dulluvju jkun ġara, x’⁠riedet tkun is-sitwazzjoni rigward l-art qabel id-Dulluvju? (b) X’⁠juri li jistaʼ jkun li l-muntanji kienu iktar baxxi u li l-widien tal-baħar ma kinux daqshekk fondi qabel id-Dulluvju?

31 Biex id-Dulluvju setaʼ jiġri, il-widien tal-baħar qabel id-Dulluvju riedu jkunu inqas fondi, u l-muntanji mhux tant għoljin daqskemm huma llum. Huwa dan possibbli? Sewwa, ktieb wieħed taʼ studju jgħid: “Fejn il-muntanji tad-dinja llum jogħlew li jistorduk, darba, miljuni taʼ snin ilu, kien hemm oċejani u pjanuri f’⁠monotonija ċatta. . . . Il-movimenti tal-platti kontinentali ġiegħlu li l-art titlaʼ ’⁠l fuq lejn għoli fejn l-annimali u l-pjanti l-iktar sodi jistgħu jgħixu u, fl-estrem l-ieħor, li l-art tinżel ’⁠l isfel u tibqaʼ fi splendur moħbi fil-fond taħt wiċċ il-baħar.”​15 Ladarba l-muntanji u l-widien tal-baħar jogħlew u jinżlu, jidher li xi darba l-muntanji ma kinux għoljin daqskemm huma issa u l-widien tal-ibħra l-kbar ma kinux tant fondi.

32. X’⁠inhu bil-fors li ġara mill-ilmijiet tad-Dulluvju? Spjega.

32 X’⁠ġara mill-ilmijiet tal-għargħar wara d-Dulluvju? Bil-fors li niżlu fil-widien tal-ibħra. Kif? Ix-xjenzati jemmnu li l-kontinenti jistrieħu fuq platti enormi. Il-moviment taʼ dawn il-platti jistaʼ jikkaġuna bidliet fil-livell tal-wiċċ tal-art. F’⁠xi postijiet illum, hemm abbissijiet kbar taħt il-baħar li huma iktar minn sitt mili fondi sa fejn jaslu l-platti.​16 Jistaʼ faċilment ikun li−forsi bħala effett tad-Dulluvju nnifsu−il-platti ċċaqalqu, il-qiegħ tal-baħar niżel, u t-trinek il-kbar infetħu, biex ħallew l-ilma jitlaq minn fuq l-art.b

Traċċi tad-Dulluvju?

33, 34. (a) Liema evidenza għandhom diġa x-xjenzati li tistaʼ tkun evidenza tad-Dulluvju? (b) Huwa raġonevoli li tgħid li x-xjenzati jistgħu jkunu qed jaqraw ħażin l-evidenza?

33 Jekk naċċettaw li dulluvju kbir setaʼ ġara, ix-xjenzati għala ma sabu ebda traċċi tiegħu? X’⁠aktarx li sabu, imma huma jinterpretaw l-evidenza b’⁠xi mod ieħor. Per eżempju, ix-xjenza li hi l-iktar aċċettata tgħallem li l-wiċċ tal-art ingħata sura f’⁠ħafna postjiet minn silġiet enormi taʼ qawwa kbira matul serje taʼ epoki tas-silġ. Imma dik li tidher bħala attività taʼ silġiet kbar tistaʼ xi drabi tkun ir-riżultat taʼ azzjoni tal-ilma. Wisq probabbli, allura, li xi ftit mill-evidenza tad-Dulluvju qed tiġi moqrija ħażin bħala evidenza taʼ epoka tas-silġ.

34 Saru żballji simili. Rigward iż-żmien meta x-xjenzati kienu qed jiżżviluppaw it-teorija tagħhom taʼ epoki tas-silġ, naqraw: “Kienu qed isibu epoki tas-silġ f’⁠kull stadju tal-istorja ġeoloġika, fi qbil mal-filosofija tal-uniformità. Eżami bir-reqqa mill-ġdid fi snin riċenti, madankollu, ċaħad ħafna minn dawn l-epoki tas-silġ; formazzjonijiet li darba kienu identifikati bħala munzelli taʼ silġ ġew interpretati mill-ġdid bħala sodod mifruxa minn xmajjar taʼ tajn, caqliq tal-art taħt l-ilma u kurrenti taʼ tajn imċajpar: valangi taʼ ilma mdardar li jġorr tajn, ramel u xaħx ’⁠il barra fuq qiegħ l-oċejan fond.”​18

35, 36. Liema evidenza flr-rekord tal-fossili u fll-ġeoloġija jistaʼ jkollha x’⁠taqsam mad-Dulluvju? Spjega.

35 Evidenza oħra tad-Dulluvju tidher li teżisti fir-rekord tal-fossili. F’⁠xi żmien, skond dan ir-rekord, tigri kbar bi snien-hom bħal sjuf kienu jfittxu l-priża fl-Ewropa, żwiemel akbar minn dawk li jgħixu llum kienu jimirħu fl-Amerka taʼ Fuq, u iljunfanti ġganteski kienu jirgħu fis-Siberja. Imbagħad, madwar id-dinja kollha, speċi differenti taʼ mammiferi saru estinti. F’⁠dan l-istess żmien, kien hemm bidla f’⁠daqqa fil-klima. Għexur taʼ eluf taʼ mammiferi nqatlu u ġew iffriżati malajr fls-Siberja.c Alfred Wallace, kontemporanju magħruf taʼ Charles Darwin, ikkunsidra li qerda mifruxa bħal din bil-fors li ġiet ikkaġunata minn xi ġrajja dinjija eċċezzjonali.​19 Ħafna argumentaw li dik il-ġrajja kienet id-Dulluvju.

36 Editorjal fir-rivista Biblical Archaeologist osserva: “Huwa importanti li niftakru li l-istorja taʼ dulluvju kbir hija waħda mill-iktar tradizzjonijiet imxerrdin fil-kultura umana . . . Għaldaqstant wara l-eqdem tradizzjonijiet li nsibu f’⁠sorsi tal-Lvant Qarib, jistaʼ sew ikun hemm dulluvju attwali taʼ proporzjonijiet ġganteski li jmur lura sa wieħed mill-perijodi taʼ xita . . . bosta eluf taʼ snin ilu.”​20 Il-perijodi tax-xita huma żminijiet meta l-wiċċ tal-art kien iktar imxarrab milli hu issa. Għadajjar taʼ ilma pur madwar id-dinja kienu ferm akbar. It-teorija hi li t-tixrib kien ikkaġunat minn xita qliel imsieħba mat-tmiem tal-epoki tas-silġ. Imma xi wħud issuġġerew li f’⁠okkażjoni minnhom it-tixrib estrem tal-wiċċ tal-art kien riżultat tad-Dulluvju.

L-Umanità Ma Nesitx

37, 38. Xjenzat wieħed kif juri li, skond l-evidenza, id-Dulluvju setaʼ ġara, u kif nafu li ġara?

37 Il-professur tal-ġeoloġija John McCampbell darba kiteb: “Id-differenzi essenzjali bejn il-katastrofiżmu Bibliku [id-Dulluvju] u l-uniformitarjaniżmu evoluzzjonarju m’⁠humiex fuq it-tagħrif fattwali tal-ġeoloġija imma fuq l-interpretazzjonijiet taʼ dak it-tagħrif. L-interpretazzjoni ppreferuta se tiddependi l-iktar fuq l-isfond tal-istudent individwali u s-suppożizzjonijiet li jkun diġà għamel.”​21

38 Li d-Dulluvju tassew ġara jidher mill-fatt li l-umanità qatt ma nsietu. Madwar id-dinja kollha, f’⁠postijiet imbegħdin bħall-Alaska u l-Gżejjer tal-Baħar tan-Nofs in-Nhar, hemm stejjer antiki dwaru. Iċ-ċivilizzazzjonijiet oriġinali taʼ qabel Kolombu fl-Amerka, kif ukoll l-Aboriġini fl-Awstralja, ilkoll għandhom stejjer dwar id-Dulluvju. Waqt li xi rakkonti ma jaqblux fld-dettal, il-fatt bażiku li l-art ġiet imgħarrqa u li salvaw biss ftit bnedmin f’⁠bastiment magħmul mill-bniedem joħroġ kważi mill-verżjonijiet kollha. L-unika spjegazzjoni għal aċċettar tant mifrux bħal dan hi li d-Dulluvju kien ġrajja storika.d

39. Liema prova oħra rajna tal-fatt li l-Bibbja hija l-kelma t’⁠Alla, u mhux tal-bniedem?

39 B’⁠hekk, f’⁠dawk li huma fatturi essenzjali l-Bibbja hi f’⁠armonija max-xjenza moderna. Fejn hemm konflitt bejn it-tnejn, l-evidenza tax-xjenzati hi dubjuża. Fejn jaqblu, il-Bibbja hija spiss tant preċiża li rridu nemmnu li ġiebet it-tagħrif minn intelliġenza superumana. Tabilħaqq, il-qbil tal-Bibbja max-xjenza pprovata jipprovdi evidenza oħra li hi l-kelma t’⁠Alla, mhux tal-bniedem.

[Noti taʼ taħt]

a Diskussjoni ferm iktar dettaljata dwar is-suġġett tal-evoluzzjoni u l-ħolqien tinsab fll-ktieb Life−How Did It Get Here? By Evolution or by Creation? (Il-Ħajia−Kif Ġiet Hawn? Bl-Evoluzzjo-ni jew bil-Ħolqien?) ippubblikat fl-1985 mill-Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

b Il-ktieb Planet Earth−Glacier (Il-Pjaneta Art−Silġa Enormi) jiġbed l-attenzjoni lejn il-mod kif l-ilma fll-forma taʼ kisi taʼ silġ jagħfas fuq il-wiċċ tal-art. Per eżempju, jgħid: “Kieku s-silġ taʼ Greenland kellu jisparixxi, il-gżira kienet maż-żmien timmolla ’⁠l fuq xi 2,000 pied.” Meta nqisu dan, l-effett taʼ dulluvju globali f’⁠daqqa waħda fuq partijiet tal-qoxra tal-art setaʼ sew ikun katastroflku.​17

c Stima waħda tgħid ħames miljuni.

d Għal iktar tagħrif dwar id-Dulluvju, ara Insight on the Scriptures (Dehen fuq l-Iskrittura), ippubblikat mill-Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc, l-Ewwel Volum, paġni 327, 328, 609-612.

[Kaxxa f’⁠paġna 45]

“Mit-Trab”

“The World Book Encyclopedia” jirrapporta: “L-elementi kimiċi kollha li jagħmlu affarijiet ħajjin huma wkoll preżenti f’⁠materja mingħajr ħajja.” Fi kliem ieħor, il-kimiċi bażiċi lijifformaw l-organiżmi ħajjin, inkluż il-bniedem, huma wkoll misjuba fl-art infisha. Dan hu fi qbil mal-istqarrija tal-Bibbja: “U Alla Jehovaħ issokta jsawwar lill-bniedem mit-trab tal-art.”−Ġenesi 2:⁠7.

[Kaxxa f’⁠paġna 47]

‘Fl-Immaġni t’⁠Alla’⁠

Xi whud jippontaw lejn similaritajiet fiżiċi bejn il-bniedem u xi annimali biex jagħtu prova li jiġu minn xulxin. Iridu jaqblu, iżda, li l-kapaċitajiet mentali tal-bniedem huma ferm superjuri minn dawk tal-annimali. Il-bniedem għala għandu l-abbiltà li jippjana u li jorganizza lid-dinja taʼ madwaru, il-kapaċità tal-imħabba, intelliġenza għolja, kuxjenza, u kunċett tal-passat, il-preżent, u l-futur? L-evoluzzjoni ma tistax twieġeb dan. Imma l-Bibbja twieġeb, meta tgħid: “Alla ssokta joħloq lill-bniedem fl-immaġni tiegħu, fl-immaġni t’⁠Alla ħalaqhom.” (Ġenesi 1:27) Safejn għandhom x’⁠jaqsmu l-abbiltajiet u l-potenzjal mentali u morali tal-bniedem, huwa riflessjoni taʼ Missieru tas-sema.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja