LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Kif Nistgħu Nkunu Nodfa għal Ġeħova?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 2. Liema vizzji ma jridx ikollna biex inkunu nodfa?

      Il-​Bibbja tinkuraġġina biex “nitnaddfu minn kull tinġis tal-​laħam u taʼ l-​ispirtu.” (2 Korintin 7:1) Allura rridu nagħmlu dak kollu li nistgħu biex ġisimna u moħħna jibqgħu nodfa. Dak li naħsbu għandu jogħġob lil Ġeħova. Allura nagħmlu dak kollu li nistgħu biex ma naħsbux fuq affarijiet ħżiena. (Salm 104:34) Aħna nagħmlu l-​aħjar li nistgħu biex ma nitkellmux ħażin.​—Aqra Kolossin 3:8.

      X’hemm iżjed li ma jagħmilniex nodfa fiżikament jew moralment? Hemm affarijiet li mhux tajbin għall-​ġisem. Pereżempju aħna ma npejpux, ma nomogħdux il-​betel nut jew coca leaves, u ma niħdux droga. Minħabba li ma niħdux dawn l-​affarijiet, aħna nkunu nodfa fiżikament, ikollna saħħa aħjar, u nirrispettaw il-​ħajja li tana Ġeħova. U biex inkunu nodfa moralment aħna nżommu ħsibijietna nodfa. Allura nagħmlu dak kollu li nistgħu biex ma nagħmlux masturbazzjoni jew naraw pornografija. (Salm 119:37; Efesin 5:5) Jistaʼ jkun diffiċli biex inwaqqfu dawn il-​vizzji, imma Ġeħova jistaʼ jgħinna.​—Aqra Isaija 41:13.

  • Kif Nistgħu Nkunu Nodfa għal Ġeħova?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 5. Iġġieled ħsibijiet u vizzji ħżiena

      Aqra Kolossin 3:​5, u mbagħad iddiskuti:

      • Kif nafu li Ġeħova ma jiħux pjaċir bil-​pornografija, sexting u l-​masturbazzjoni?

      • Taħseb li Ġeħova qed jistenna wisq minna biex ikollna ħsibijiet nodfa? Għala taħseb hekk?

      Sir af kif tistaʼ tneħħi ħsibijiet ħżiena. Ara l-​VIDJOW.

      VIDJOW: Agħmel Sforz Biex Tibqaʼ Nadif (1:​51)

      Irridu nagħmlu dak li hemm bżonn biex ħsibijietna jkunu nodfa. Ġesù tana eżempju biex juri li għandna nkunu determinati. Aqra Mattew 5:​29, 30, u mbagħad iddiskuti:

      • Ġesù ma kienx qed jgħid li għandna nweġġgħu lilna nfusna, imma kien qed juri li rridu nagħmlu sforz min-​naħa tagħna. Liema sforz irridu nkunu determinati li nagħmlu biex nevitaw ħsibijiet ħżiena?b

      Jekk qed taħdem biex ikollok ħsibijiet nodfa, Ġeħova qed japprezza l-​isforzi tiegħek. Aqra Salm 103:​13, 14, u mbagħad iddiskuti:

      • Din l-​iskrittura kif tistaʼ tinkuraġġik jekk qed issibha diffiċli biex tibqaʼ nadif?

      Taqtax qalbek!

      Huwa faċli li tgħid, ‘Issa li waqajt ma naħsibx li se jirnexxili.’ Imma aħseb: Jekk xi ħadd qed jiġri f’maratona u jitfixkel u jaqaʼ, ma jfissirx li tilef u lanqas li jrid jibda mill-​bidu. Bl-​istess mod, jekk erġajt waqajt għall-​vizzju, ma jfissirx li ma tistax twaqqfu. Int xorta tistaʼ tħossok tajjeb dwar dak li għamilt s’issa. Hu normali li terġaʼ taqaʼ għall-​vizzju. Taqtax qalbek! Int se jirnexxilek twaqqaf dan il-​vizzju bl-​għajnuna taʼ Ġeħova.

      Wieħed li qed jiġri f’maratona qed iqum.
Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja