-
Kif Nistgħu Nkunu Nodfa għal Ġeħova?Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
2. Liema vizzji ma jridx ikollna biex inkunu nodfa?
Il-Bibbja tinkuraġġina biex “nitnaddfu minn kull tinġis tal-laħam u taʼ l-ispirtu.” (2 Korintin 7:1) Allura rridu nagħmlu dak kollu li nistgħu biex ġisimna u moħħna jibqgħu nodfa. Dak li naħsbu għandu jogħġob lil Ġeħova. Allura nagħmlu dak kollu li nistgħu biex ma naħsbux fuq affarijiet ħżiena. (Salm 104:34) Aħna nagħmlu l-aħjar li nistgħu biex ma nitkellmux ħażin.—Aqra Kolossin 3:8.
X’hemm iżjed li ma jagħmilniex nodfa fiżikament jew moralment? Hemm affarijiet li mhux tajbin għall-ġisem. Pereżempju aħna ma npejpux, ma nomogħdux il-betel nut jew coca leaves, u ma niħdux droga. Minħabba li ma niħdux dawn l-affarijiet, aħna nkunu nodfa fiżikament, ikollna saħħa aħjar, u nirrispettaw il-ħajja li tana Ġeħova. U biex inkunu nodfa moralment aħna nżommu ħsibijietna nodfa. Allura nagħmlu dak kollu li nistgħu biex ma nagħmlux masturbazzjoni jew naraw pornografija. (Salm 119:37; Efesin 5:5) Jistaʼ jkun diffiċli biex inwaqqfu dawn il-vizzji, imma Ġeħova jistaʼ jgħinna.—Aqra Isaija 41:13.
-
-
Kif Nistgħu Nkunu Nodfa għal Ġeħova?Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
5. Iġġieled ħsibijiet u vizzji ħżiena
Aqra Kolossin 3:5, u mbagħad iddiskuti:
Kif nafu li Ġeħova ma jiħux pjaċir bil-pornografija, sexting u l-masturbazzjoni?
Taħseb li Ġeħova qed jistenna wisq minna biex ikollna ħsibijiet nodfa? Għala taħseb hekk?
Sir af kif tistaʼ tneħħi ħsibijiet ħżiena. Ara l-VIDJOW.
Irridu nagħmlu dak li hemm bżonn biex ħsibijietna jkunu nodfa. Ġesù tana eżempju biex juri li għandna nkunu determinati. Aqra Mattew 5:29, 30, u mbagħad iddiskuti:
Ġesù ma kienx qed jgħid li għandna nweġġgħu lilna nfusna, imma kien qed juri li rridu nagħmlu sforz min-naħa tagħna. Liema sforz irridu nkunu determinati li nagħmlu biex nevitaw ħsibijiet ħżiena?b
Jekk qed taħdem biex ikollok ħsibijiet nodfa, Ġeħova qed japprezza l-isforzi tiegħek. Aqra Salm 103:13, 14, u mbagħad iddiskuti:
Din l-iskrittura kif tistaʼ tinkuraġġik jekk qed issibha diffiċli biex tibqaʼ nadif?
Taqtax qalbek!
Huwa faċli li tgħid, ‘Issa li waqajt ma naħsibx li se jirnexxili.’ Imma aħseb: Jekk xi ħadd qed jiġri f’maratona u jitfixkel u jaqaʼ, ma jfissirx li tilef u lanqas li jrid jibda mill-bidu. Bl-istess mod, jekk erġajt waqajt għall-vizzju, ma jfissirx li ma tistax twaqqfu. Int xorta tistaʼ tħossok tajjeb dwar dak li għamilt s’issa. Hu normali li terġaʼ taqaʼ għall-vizzju. Taqtax qalbek! Int se jirnexxilek twaqqaf dan il-vizzju bl-għajnuna taʼ Ġeħova.
-