Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
3-9 TAʼ MEJJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | NUMRI 27-29
Ġawhar Spiritwali
it-2 528 ¶5
Offerti
Offerti tax-xorb. L-offerti tax-xorb kienu preżentati flimkien mal-biċċa l-kbira tal-offerti l-oħra, speċjalment wara li l-Iżraelin issetiljaw fl-Art Imwiegħda. (Nu 15:2, 5, 8-10) L-offerta kienet tkun taʼ nbid (“xorb li jsakkar”) u kienet titferra’ fuq l-artal. (Nu 28:7, 14; qabbel Eżo 30:9; Nu 15:10.) L-appostlu Pawlu kiteb lill-Kristjani f’Filippi: “Jekk qed niġi mferraʼ bħal offerta tax-xorb fuq is-sagrifiċċju u s-servizz pubbliku li l-fidi wasslitkom għalihom, jien kuntent.” Hawnhekk, Pawlu uża t-tixbiha taʼ offerta tax-xorb, u b’hekk wera kemm kien lest li juża l-ħin u l-enerġija tiegħu għal ħutu Kristjani. (Flp 2:17) Ftit qabel ma miet, hu kiteb lil Timotju: “Diġà qed niġi mferraʼ bħal offerta tax-xorb, u l-waqt biex ninħeles qorob ħafna.”—2Ti 4:6.
10-16 TAʼ MEJJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | NUMRI 30-31
“Żomm il-Wegħdi Tiegħek”
it-2 1162
Wegħda
Volontarja, Imma Trid Tinżamm Ladarba Ssir. Wegħda hija totalment volontarja. Iżda meta kienet issir wegħda, skont il-liġi divina bilfors kellha titwettaq. B’hekk wegħda kienet torbot lil dak li jkun u dan kien ifisser li ħajtu kienet tiddependi milli jżomm maʼ dak li wiegħed. (Nu 30:2; ara wkoll Rum 1:31, 32.) Ladarba hemm il-ħajja fin-nofs, wieħed jistaʼ jifhem għala l-Iskrittura tħeġġiġna biex noqogħdu attenti ħafna qabel nagħmlu wegħda, billi nikkunsidraw sew l-obbligazzjonijiet involuti. Il-Liġi qalet: “Jekk twiegħed wegħda lil Ġeħova . . . Alla tiegħek żgur li jitlobha mingħandek, u dan ikun dnub min-naħa tiegħek. Imma jekk ma tagħmilx wegħda, dan ma jkunx dnub min-naħa tiegħek.”—Dt 23:21, 22.
it-2 1162
Wegħda
Wegħda solenni lil Alla li se tagħmel xi ħaġa, toffri xi offerta jew rigal, taqdi f’xi servizz jew kundizzjoni, jew li żżomm lura minn ċerti affarijiet li ma jmorrux kontra l-liġi. Wegħda kienet espressjoni volontarja li ssir għax wieħed ikun irid. Bħala wegħda solenni, din kienet daqslikieku għamilt ħalfa, u fil-Bibbja kultant dawn l-espressjonijiet kienu jintużaw flimkien. (Nu 30:2; Mt 5:33) “Wegħda” hija l-istqarrija taʼ dak li wieħed se jagħmel, waqt li “ħalfa” turi li l-wegħda saret lil awtorità għolja, u b’hekk iġġorr ir-responsabbiltà tat-twettiq tagħha jew taʼ li tkun marbut maʼ dak li wegħedt. Spiss ħalfa ssir flimkien maʼ patt.—Ġen 26:28; 31:44, 53.
Ġawhar Spiritwali
it-2 28 ¶1
Ġefta
Persuna setgħet tkun mogħtija għas-servizz esklużiv tat-tempju taʼ Ġeħova. Dan kien dritt tal-ġenituri. Samwel huwa eżempju taʼ dan. Qabel ma twieled, ommu Ħanna wegħditu għas-servizz tat-tabernaklu. Ir-raġel tagħha Elkana qabel maʼ din il-wegħda. Wara li Ħanna qatgħetlu l-ħalib, hi offrietu fit-tempju. Ħanna ħadet ukoll sagrifiċċju tal-annimali. (1Sa 1:11, 22-28; 2:11) Sansun kien tifel ieħor mogħti speċjalment għas-servizz t’Alla bħala Nażirit.—Mħ 13:2-5, 11-14; qabbel l-awtorità tal-missier fuq bint bħalma hu mniżżel f’Nu 30:3-5, 16.
17-23 TAʼ MEJJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | NUMRI 32-33
“Keċċu Minn Quddiemkom in-Nies Kollha taʼ Din l-Art”
w10 8/1 23
Kont Taf?
X’kienu l-postijiet fl-għoli li ssemmew spiss fl-Iskrittura Ebrajka?
Meta l-Iżraelin kienu se jidħlu fl-Art Imwiegħda, Ġeħova qalilhom biex jeqirdu l-postijiet taʼ qima tal-Kangħanin li għexu hemm. Hu kkmanda: “Eqirdu x-xbihat kollha tagħhom magħmulin minn metall imdewweb, u ġibu fix-xejn il-postijiet għall-qima sagri kollha tagħhom.” (Nu 33:52) Dawn il-postijiet taʼ qima falza setgħu kienu jew fuq xi quċċata taʼ muntanja jew taħt is-siġar jew fl-ibliet. (1Sl 14:23; 2Sl 17:29; Eże 6:3) Huma setgħu kellhom altari, pilastri jew arbli sagri, xbihat, artali tal-inċens, u affarijiet oħra għall-qima.
it-1 404 ¶2
Kangħan
Ġożwè kien għaqli f’li “ma warrabx kelma minn dak kollu li Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè” rigward il-qerda tal-Kangħanin. (Ġoż 11:15) Imma l-ġens taʼ Iżrael m’għamilx bħal Ġożwè f’li jeqred dak kollu li kien qed iniġġes l-art. Il-fatt li kien għad hemm il-Kangħanin fosthom affettwa ħażin lill-Iżraelin. Bla dubju, dan ikkawża iżjed imwiet fost l-Iżraelin milli kieku nqatlu l-Kangħanin kollha kif kien ikkmandahom Ġeħova (biex ma nsemmux il-kriminalità, l-immoralità, u l-idolatrija). (Nu 33:55, 56; Mħ 2:1-3, 11-23; Sa 106:34-43) Ġeħova kien wissa lill-Iżraelin li l-ġustizzja u l-ġudizzji tiegħu ma kinux parzjali u jekk l-Iżraelin jidħlu f’relazzjonijiet mal-Kangħanin, jiżżewġuhom, jipprattikaw it-twemmin tagħhom, u jadottaw prattiki immorali, huma kienu se jġibu qerda fuqhom infushom kif ukoll ‘jinbeżqu ’l barra mill-art.’—Eżo 23:32, 33; 34:12-17; Le 18:26-30; Dt 7:2-5, 25, 26.
Ġawhar Spiritwali
it-1 359 ¶2
Fruntiera
Wara li t-tfigħ tax-xorti kien jiddetermina l-post ġeografiku tat-tribù, imbagħad kien hemm bżonn li jiġi determinat il-kobor tat-territorju skont id-daqs tat-tribù. “Qassmu bix-xorti l-art għalikom stess biex tkun tagħkom skond il-familji tagħkom. Lil min ikun ħafna għandkom iżżidulu l-wirt tiegħu, u lil min ikun ftit għandkom tnaqqsulu l-wirt tiegħu. Skond fejn jitlagħlu bix-xorti, hemmhekk isir tiegħu.” (Nu 33:54) Id-deċiżjoni dwar fejn kien ikun il-wirt kienet tibqaʼ, imma setgħu jsiru aġġustamenti fid-daqs tal-wirt. Għalhekk, meta t-territorju taʼ Ġuda nstab li kien kbir wisq, il-kobor tal-art ġie mnaqqas billi taw porzjonijiet minnu lit-tribù taʼ Simegħon.—Ġoż 19:9.
31 TAʼ MEJJU–6 TAʼ ĠUNJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | DEWTERONOMJU 1-2
“Il-Ġudizzju Hu t’Alla”
w96 3/15 23 ¶1
Ġeħova—Iħobb is-Sewwa u l-Ġustizzja
L-anzjani maħturin tal-kongregazzjoni huma obbligati li jiġġudikaw każi taʼ dnubiet serji. (1Ko 5:12, 13) Huma jiftakru li l-ġustizzja t’Alla turi ħniena fejn possibbli. Fil-każ li wieħed ma jindimx, il-ħniena ma tistax tintwera. Iżda l-anzjani ma jkeċċux midneb bħal dan mill-kongregazzjoni biex jagħtu prova li għandhom raġun. Huma jittamaw li l-qtugħ mis-sħubija jġibu f’sensih. (Qabbel Eże 18:23.) Taħt it-tmexxija taʼ Kristu, l-anzjani jaġixxu b’ġustizzja u dan jinkludi li ‘jkunu bħal post taʼ kenn mir-riħ.’ (Is 32:1, 2) Għalhekk, huma għandhom ikunu imparzjali u raġunevoli.—Dt 1:16, 17.
GĦIX BĦALA KRISTJAN
“Kun Ippreparat Waqt l-Aħħar tal-Aħħar Jiem”
nwtsty nota taʼ studju dwar Mt 24:8
uġigħ tal-ħlas: Din l-espressjoni hawnhekk tirreferi għan-niket, l-uġigħ, u t-tbatija f’sens ġenerali. Però, tistaʼ tagħti x’tifhem ukoll li bħall-uġigħ tal-ħlas, qabel it-tribulazzjoni l-kbira li ssemmiet f’Mt 24:21, il-problemi u s-sofferenzi mbassrin se jkunu iktar frekwenti, iktar qawwijin, u jdumu iktar.
7-13 TAʼ ĠUNJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | DEWTERONOMJU 3-4
“L-Għerf taʼ Ġeħova fil-Liġijiet Tiegħu”
it-2 1140 ¶5
Fehma
Li wieħed jaħdem iebes f’li jistudja u japplika l-Kelma t’Alla u l-kmandi tiegħu jistaʼ jgħinu jkollu iktar dehen mill-għalliema tiegħu u iktar fehma minn dawk ikbar fl-età. (Sa 119:99, 100, 130; qabbel Lq 2:46, 47.) Dan għaliex l-għerf u l-fehma huma parti mir-regolamenti puri u d-digrieti ġudizzjali t’Alla. B’hekk, l-ubbidjenza tal-Iżraelin leali kienet se ġġiegħel lill-ġnus madwarhom biex iqisuhom bħala “poplu li għandu l-għerf u l-abbiltà li jifhem.” (Dt 4:5-8; Sa 111:7, 8, 10; qabbel 1Sl 2:3.) Persuna li jifhem jirrikonoxxi kemm il-Kelma t’Alla ma tfallix, jeżamina lilu nnifsu fi qbil magħha, u jitlob l-għajnuna t’Alla. (Sa 119:169) Hu jħalli l-messaġġ t’Alla jaffettwah (Mt 13:19-23), iniżżlu f’qalbu (Pr 3:3-6; 7:1-4), u jibda jobgħod “kull mogħdija falza” (Sa 119:104). Meta l-Iben t’Alla kien fuq l-art, hu wera li kellu fehma bħal din, saħansitra rrifjuta li jaħrab minn mewt fuq zokk tat-tortura biex titwettaq l-Iskrittura dwaru.—Mt 26:51-54.
21-27 TAʼ ĠUNJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | DEWTERONOMJU 7-8
“Tiżżewwiġx Lilhom”
w12 7/1 29 ¶2
Alla Għala Ried li Dawk li Jqimuh Jiżżewġu Biss lil Dawk li Jemmnu Bħalhom?
Ġeħova kien jaf li Satana ried jiżvija lill-poplu Tiegħu billi jħajjarhom iqimu allat foloz. B’hekk, Alla kompla jwissi li dawk li ma kinux jemmnu kienu se ‘jbiegħdu lil ibnek milli jimxi warajja, u huma jaqdu lil allat oħrajn.’ Dan kien riskju kbir. Jekk in-nazzjon taʼ Iżrael kien se jaqdi allat oħrajn, hu kien se jitlef l-approvazzjoni u l-protezzjoni t’Alla, u b’hekk isir vittma tal-għedewwa tiegħu. Mela n-nazzjon kif kien se jipproduċi l-Messija mwiegħed? B’mod ċar, Satana kellu raġun iħajjar lill-Iżraelin biex jiżżewġu lil dawk li ma kinux jemmnu.
28 TAʼ ĠUNJU–4 TAʼ LULJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | DEWTERONOMJU 9-10
“X’Qed Jitlob Minnek Ġeħova?”
w09 10/1 10 ¶3-4
X’Qed Jitlob Minna Ġeħova?
X’jistaʼ jimmotivana biex nobdu lil Alla minn jeddna? Mosè jgħid: ‘Ibżaʼ minn Ġeħova Alla tiegħek.’ (Dt 10:12) Dan ma jfissirx li nitwerwru minn konsegwenzi ħżiena, imma li jkollna rispett kbir għal Alla u l-mogħdijiet tiegħu. Jekk ikollna dan ir-rispett lejn Alla, se nkunu rridu nogħġbuh.
Allura x’għandu jkun il-motiv prinċipali biex nobdu lil Alla? Mosè jgħid: ‘Ħobb u aqdi lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha.’ (Dt 10:12) L-imħabba għal Alla ma tinvolvix biss is-sentimenti tagħna. Xogħol taʼ referenza jispjega li verbi Ebrajċi għal sentimenti kultant jirreferu wkoll għall-azzjonijiet li jirriżultaw minnhom. Ikompli jgħid li li tħobb ’l Alla jfisser li taġixxi bi mħabba lejh. Fi kliem ieħor, jekk verament inħobbu lil Alla, aħna se naġixxu b’modi li nafu li jogħġbu lilu.—Pr 27:11.
w09 10/1 10 ¶6
X’Qed Jitlob Minna Ġeħova?
Li nobdu mill-qalb iġib barkiet. Mosè jikteb: ‘Ħares il-kmandamenti li qed nikkmandak illum, għall-ġid tiegħek.’ (Dt 10:13) Iva, kull kmandament taʼ Ġeħova—kulma jitlob minna—hu għall-ġid tagħna. Kif jistaʼ jkun mod ieħor? Il-Bibbja tgħid: “Alla hu mħabba.” (1Ġw 4:8) B’hekk, hu tana dawn il-kmandi sempliċiment għax huma għall-ġid dejjiemi tagħna. (Is 48:17) Li nagħmlu dak kollu li Ġeħova jitlob minna se jeħlisna minn ħafna frustrazzjonijiet issa u jwassalna għal barkiet futuri bla tmiem taħt it-tmexxija tas-Saltna tiegħu.
Ġawhar Spiritwali
it-1 103
L-Għanakin
Razza taʼ nies b’qies straordinarju li kienu jgħixu fir-reġjuni muntanjużi taʼ Kangħan kif ukoll f’postijiet mal-kosta lejn in-Nofsinhar tagħha. Għal ċertu żmien tlett irġiel prominenti tal-Għanakin, jiġifieri, Aħiman, Sesaj, u Talmaj, kienu jgħixu f’Ħebron. (Nu 13:22) Kien hawnhekk li t-12-il spija Ebrej raw l-ewwel darba lill-Għanakin, u 10 mill-ispiji taw rapport tal-biżaʼ dwar din l-esperjenza. Huma qalu li dawn l-irġiel kienu dixxendenti tan-Nefilim taʼ qabel id-Dulluvju, u li mqabblin magħhom l-Ebrej kienu qishom “ġurati.” (Nu 13:28-33; Dt 1:28) L-irġiel bħal ġganti tal-Emin u r-Refajin ġieli ġew imqabblin magħhom minħabba l-istatura kbira li kellhom. Milli jidher minħabba s-saħħa li kellhom ħareġ il-proverbju: “Min jistaʼ jżomm sod quddiem ulied Għanak?”—Dt 2:10, 11, 20, 21; 9:1-3.