-
Il-Familja taʼ Jehovah Tgawdi Unità PrezzjużaIt-Torri tal-Għassa—1996 | Awwissu 1
-
-
4. Fi kliemek stess, kif kont tesprimi dak li Salm 133 jgħid dwar l-unità taʼ l-aħwa?
4 Is-salmista David kien japprezza profondament l-unità taʼ l-aħwa. Ġie saħansitra ispirat biex ikanta dwarha! Immaġinah bl-arpa tiegħu hekk kif kien ikanta: “Kemm hi ħaġa sabiħa u ħelwa, li l-aħwa jgħammru flimkien! Bħal żejt mill-aħjar imsawwab fuq ir-ras, li jinżel mal-leħja tiegħu, li jinżel mal-leħja taʼ Aron; sa fuq il-għonq taʼ ħwejġu. Hu bħan-nida tal-Ħermon, li tinżel fuq il-għoljiet taʼ Sijon; għax hemm il-Mulej jagħti l-barka, hemm jagħti l-ħajja għal dejjem.”—Salm 133:1-3.
-
-
Il-Familja taʼ Jehovah Tgawdi Unità PrezzjużaIt-Torri tal-Għassa—1996 | Awwissu 1
-
-
6, 7. L-unità taʼ Israel kif kienet bħan-nida tal-Muntanja Ħermon, u fejn tistaʼ tinstab il-barka t’Alla llum?
6 Li Israel kienu jgħammru flimkien f’unità kif kien ukoll bħan-nida tal-Muntanja Ħermon? Sewwa, ladarba l-quċċata taʼ din il-muntanja hija iżjed minn 9,000 pied ’il fuq mil-livell tal-baħar, din tkun miksija bil-borra kważi s-sena kollha. Il-wiċċ bil-borra taʼ Ħermon jikkaġuna l-kondensazzjoni tal-fwar taʼ bil-lejl u b’hekk jipproduċi n-nida abbundanti li tippreserva l-ħdura matul l-istaġun twil u xott. Kurrenti t’arja kesħin mill-għoljiet taʼ Ħermon jistgħu jġorru dawn il-fwar ’il bogħod lejn in-Nofs in-Nhar sa l-inħawi taʼ Ġerusalemm, fejn jikkondensaw bħala nida. Għalhekk is-salmista tkellem b’mod korrett dwar ‘in-nida taʼ Ħermon li tinżel fuq il-Muntanja Sijon.’ Xi tfakkira mill-aħjar taʼ l-influwenza rifreskanti li tippromwovi l-unità tal-familja t’adoraturi taʼ Jehovah!
7 Qabel ma ġiet stabbilita l-kongregazzjoni Kristjana, Sijon, jew Ġerusalemm, kienet iċ-ċentru tal-vera qima. Għalhekk, kien hemmhekk li Alla kkmanda li tkun il-barka. Ladarba s-Sors tal-barkiet kollha kien jgħammar b’mod rappreżentattiv fis-santwarju f’Ġerusalemm, barkiet kellhom joħorġu minn hemmhekk. Minħabba li l-vera qima m’għadiex tiddependi minn xi post wieħed, madankollu, il-barka, l-imħabba, u l-unità tal-qaddejja t’Alla jistgħu jinstabu maʼ l-art kollha llum. (Ġwann 13:34, 35) Liema huma xi fatturi li jippromwovu din l-unità?
-