Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
© 2024 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
3-9 TAʼ MARZU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA PROVERBJI 3
Uri li Tafda f’Ġeħova
ijwbv artiklu 14 ¶4-5
Proverbji 3:5, 6—“Tistrieħx Fuq Dak li Taħseb Int Stess”
“Afda f’Ġeħova b’qalbek kollha.” Spiss, il-Bibbja tirreferi għall-qalb biex tiddeskrivi l-persuna minn ġewwa. Dan jinkludi l-emozzjonijiet, il-mottivi, il-ħsibijiet u l-attitudni tal-persuna. Allura li nafdaw f’Ġeħova b’qalbna kollha ma jinvolvix biss kif inħossuna. Aħna nuru li nafdaw f’Ġeħova billi nagħmlu dak li jixtieq hu. Aħna nafdawh għax konvinti li l-Ħallieq tagħna jaf x’inhu l-aħjar għalina.—Rumani 12:1.
“Tistrieħx fuq dak li taħseb int stess.” Aħna rridu nafdaw lil Ġeħova għax bħala bnedmin imperfetti ma nistgħux nistrieħu fuq dak li naħsbu aħna. Jekk noqogħdu fuq dak li naħsbu aħna jew kif inkunu qed inħossuna, jistaʼ jkun li nieħdu deċiżjoni li għall-ewwel tkun tidher tajba imma mbagħad twassal għal riżultati ħżiena. (Proverbji 14:12; Ġeremija 17:9) Alla hu ħafna iktar għaref minna. (Isaija 55:8, 9) Meta nħallu lil Ġeħova jiggwida l-mod kif naħsbu, se jkollna ħajja sabiħa.—Salm 1:1-3; Proverbji 2:6-9; 16:20.
ijwbv artiklu 14 ¶6-7
Proverbji 3:5, 6—“Tistrieħx Fuq Dak li Taħseb Int Stess”
“F’kulma tagħmel, aħseb dwar dak li jrid Alla.” Aħna rridu dejjem inżommu f’moħħna dak li jrid minna Ġeħova f’kull ħaġa li nagħmlu u f’kull deċiżjoni li nieħdu fil-ħajja tagħna. Aħna nagħmlu hekk billi nitolbuh biex jgħinna u billi nagħmlu dak li jgħidilna fil-Kelma tiegħu, il-Bibbja.—Salm 25:4; 2 Timotju 3:16, 17.
“Hu se jurik it-triq it-tajba.” Alla jurina t-triq it-tajba billi jgħinna biex inkunu nistgħu ngħixu skont il-livelli tiegħu. (Proverbji 11:5) Jekk nagħmlu hekk se nevitaw li nagħmlu żbalji għalxejn u se ngawdu ħajja iktar ferħana.—Salm 19:7, 8; Isaija 48:17, 18.
10-16 TAʼ MARZU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA PROVERBJI 4
“Ipproteġi lil Qalbek”
w12 5/1 32 ¶2
“Ipproteġi lil Qalbek!”
Għala rridu nipproteġu lil qalbna? Alla qal lir-Re Salamun biex jikteb: “Ipproteġi lil qalbek iktar minn kull ħaġa oħra, għax ħajtek tiddependi minnha.” (Proverbji 4:23) It-tip taʼ ħajja li ngħixu issa u l-ħajja mill-isbaħ li nistgħu ngawdu fil-futur jiddependu minn dak li hemm f’qalbna. Għala? Għax Alla jara dak li hemm f’qalbna. (1 Samwel 16:7) Għal Alla l-iktar ħaġa importanti hi t-tip taʼ persuna li aħna “minn ġewwa.”—1 Pietru 3:4.
21-27 T’APRIL
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA PROVERBJI 10
X’Jagħmlek Vera Sinjur fil-Ħajja?
it-1 340
Barkiet
Ġeħova Jbierek lin-Nies. “Hi l-barka taʼ Ġeħova li tagħmel wieħed sinjur, u l-barkiet tiegħu ma jġibux uġigħ.” (Pr 10:22) Ġeħova jbierek lil dawk li jkun ferħan bihom billi jipproteġihom, jiggwidahom, u jgħinhom jirnexxu. Hu jagħtihom ukoll dak li jkollhom bżonn u b’hekk jibbenefikaw ħafna.