LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 7/1 p. 32
  • Diskorsok Iweġġaʼ jew Ifejjaq?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Diskorsok Iweġġaʼ jew Ifejjaq?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 7/1 p. 32

Diskorsok Iweġġaʼ jew Ifejjaq?

MATUL dawn iż-​żminijiet diffiċli, ma tiħodhiex b’sorpriża li ħafna għandhom “qalbhom maqsuma” u “ruħhom mifnija.” (Salm 34:19 [Salm 34:18, NW]) B’hekk, fi kliem l-​appostlu Pawlu, hemm bżonn kostanti li ‘nlissnu kliem li jikkonsla lill-​erwieħ dipressi’ u li ‘nagħtu appoġġ lid-​dgħajfin.’ (1 Tessalonikin 5:14, NW) Imma xi ngħidu jekk xi ħadd minn sħabna joffendina jew jagħmlilna xi ħaġa ħażina ferm? F’sitwazzjoni bħal din, nistgħu nħossuna ġġustifikati f’li sempliċement nikkoreġu b’mod aħrax lill-​individwu. Madankollu, hemm bżonn taʼ l-​attenzjoni. Parir, anki meta validu, jistaʼ jagħmel il-​ħsara jekk jingħata b’mod aħrax. Proverbji 12:18 jistqarr: “Min iqassas b’ilsienu jinfed bħal sejf.”

Għalhekk, meta nkunu bi ħsiebna noffru xi korrezzjoni jew nittrattaw xi nuqqas taʼ ftehim, huwa vitali li niftakru t-​tieni parti taʼ Proverbji 12:18: “[I]lsien l-​għorrief idewwi.” Dejjem staqsi lilek innifsek, ‘Kieku kelli niġi bżonn taʼ korrezzjoni, kif kont nixtieq li niġi ttrattat jien?’ Ħafna minna nkunu iktar lesti biex nirreaġixxu meta niġu inkuraġġiti milli meta niġu kkritikati. Mela, kun ġeneruż f’li tfaħħar lil xi ħadd. Dan ħafna drabi se jagħti lil min ikun offendiek l-​inċentiv biex jitjieb, u hu x’aktarx se jkun iktar grat għal kwalunkwe għajnuna offruta.

Kemm huwa vitali li dejjem inħawru kliemna bil-​ħlewwa! Kliem li jfejjaq iħalli lis-​semmiegħ iħossu bħalma ħassu s-​salmista, li kiteb: “Ħa jsawwatni l-​ġust; dan ikun favur; u ħa jċanfarni wkoll; dan ikun bħal żejt fuq ir-​ras; rasi ma tirrifjutahx.”—Salm 141:5, KŻ.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja