LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • X’Se Jgħinek Tibqaʼ Tistudja l-Bibbja?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • Lezzjoni 12. Xhud taʼ Ġeħova tgħin lil mara tistudja l-Bibbja mat-tfal tagħha.

      LEZZJONI 12

      X’Se Jgħinek Tibqaʼ Tistudja l-​Bibbja?

      Għalkemm mhux dejjem hu faċli li tistudja l-​Bibbja, dan se jgħinek ħafna. Jaf ikun hemm mumenti fejn tħoss li ma tistax tibqaʼ tistudja l-​Bibbja. Imma għala hu worth it li tibqaʼ tistudja? X’se jgħinek tibqaʼ tistudja minkejja li tiffaċċja xi problemi?

      1. Għala hu importanti li tistudja l-​Bibbja?

      “Il-​kelma t’Alla hi ħajja u qawwija.” (Ebrej 4:12) Il-​Bibbja hi importanti għax turi x’jaħseb u xi jħoss Alla dwarek. Int se titgħallem ħafna affarijiet, se jkollok ħajja aħjar u jkollok tama sabiħa għall-​futur. Imma l-​iżjed ħaġa importanti hi li l-​Bibbja tgħinek issir ħabib t’Alla. Meta tistudja l-​Bibbja se jkollok ħajja iżjed ferħana.

      2. Għala rridu naraw kemm huma importanti l-​veritajiet tal-​Bibbja?

      Il-​veritajiet tal-​Bibbja huma bħal teżor. Il-​Bibbja għalhekk tinkuraġġina biex ‘nixtru l-​verità u ma nbigħuhiex.’ (Proverbji 23:23) Meta nżommu f’moħħna kemm huma importanti l-​veritajiet tal-​Bibbja, aħna se nagħmlu minn kollox biex nibqgħu nistudjawha, anki meta jinqalgħu l-​problemi.​—Aqra Proverbji 2:​4, 5.

      3. Ġeħova kif se jgħinek tibqaʼ tistudja?

      Bħala l-​Wieħed li ħalaq kollox u l-​Ħabib tiegħek, Ġeħova jrid jgħinek titgħallem dwaru. Hu jgħinek billi jagħtik ix-​xewqa u l-​qawwa biex tistudja l-​Kelma tiegħu. (Aqra Filippin 2:13; 4:13.) Għalhekk, jekk ikollok bżonn l-​għajnuna biex tkompli tistudja jew biex tagħmel dak li qed titgħallem, hu jistaʼ jgħinek. Hu jistaʼ jtik is-​saħħa li jkollok bżonn biex tiffaċċja problemi jew oppożizzjoni. B’mod regolari, itlob lil Ġeħova għall-​għajnuna biex jgħinek tkompli tistudja l-​Bibbja.​—1 Tessalonikin 5:17.

      TGĦALLEM IŻJED

      Tgħallem kif tistaʼ tkompli tistudja l-​Bibbja minkejja li jkollok ħafna x’tagħmel jew meta oħrajn jipprovaw iwaqqfuk. Imbagħad ara kif Ġeħova se jgħinek biex tkompli tistudja.

      4. Kun ċert li l-​istudju tal-​Bibbja hu importanti għalik

      Kultant, tant ikollna x’nagħmlu li nħossu li m’għandniex ħin biex nistudjaw il-​Bibbja. X’se jgħinna? Aqra Filippin 1:​10, u mbagħad iddiskuti:

      • Liema huma xi affarijiet fil-​ħajja li taħseb li huma “iktar importanti”?

      • X’tistaʼ tagħmel biex turi li l-​istudju tal-​Bibbja hu importanti għalik?

      A. Grupp taʼ Stampi: Stampi juru barmil jimtela bir-ramel u l-ġebel. 1. Ġebel u ramel. 2. Barmil kważi mimli bir-ramel. 3. Il-ġebel ma joqgħodx kollu fil-barmil. B. Grupp taʼ Stampi: 1. L-istess ġebel u ramel. 2. L-istess barmil kważi mimli bil-ġebel. 3. Ir-ramel jimla l-barmil kollu sa fuq. Il-ftit ramel li ma qagħadx qiegħed barra l-barmil.
      1. Jekk timla barmil bir-​ramel u tipprova żżidlu l-​ġebel, il-​ġebel mhux se joqgħod

      2. Jekk tpoġġi l-​ġebel l-​ewwel, ir-​ramel se joqgħod kważi kollu. Bl-​istess mod, jekk tpoġġi l-​affarijiet “iktar importanti” l-​ewwel f’ħajtek, se jirnexxilek tagħmel dan u affarijiet oħra

      Meta nistudjaw il-​Bibbja, inkunu qed nieħdu ħsieb il-​bżonn spiritwali tagħna. Dan ifisser li nsiru nafu u naqdu lil Alla. Aqra Mattew 5:​3, u mbagħad iddiskuti:

      • Kif se tibbenefika meta tagħmel l-​istudju tal-​Bibbja prijorità?

      5. Ibqaʼ studja anki meta jipprovaw iwaqqfuk

      Xi kultant, oħrajn se jipprovaw iwaqqfuk milli tistudja l-​Bibbja. Ara l-​eżempju taʼ Francesco. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet li ġejjin.

      VIDJOW: Riżultati Tajbin Talli Ssaporta (5:​22)

      Xena mill-vidjow ‘Riżultati Tajbin Talli Ssaporta.’ Francesco jitlaq lil sħabu wara li jgħidilhom li mhux se jibqaʼ jagħmilha magħhom.
      • Fil-​vidjow, kif ħassewhom il-​familja u l-​ħbieb taʼ Francesco meta qalilhom x’kien qed jitgħallem?

      • X’riżultati tajbin kellu talli ssaporta?

      Aqra t-​2 Timotju 2:​24, 25, u mbagħad iddiskuti:

      • Il-​familja u l-​ħbieb tiegħek kif iħossuhom dwar dak li qed titgħallem?

      • Skont dawn il-​versi, b’liema mod għandek twieġeb meta xi ħadd ma jiħux pjaċir li qed tistudja l-​Bibbja? Għala taħseb hekk?

      6. Kun ċert li Ġeħova se jgħinek

      Iżjed ma nsiru nafu lil Ġeħova, iżjed se nkunu nixtiequ nagħmlu dak li jogħġob lilu. Imma xorta nistgħu nsibuha diffiċli biex inbiddlu xi ħaġa f’ħajjitna ħalli ngħixu kif jixtieqna hu. Jekk tħossok hekk, taqtax qalbek. Ġeħova se jgħinek. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet li ġejjin.

      VIDJOW: Ġeħova Għenni Nsir Persuna Aħjar (3:​56)

      • Fil-​vidjow, x’bidliet għamel Jim biex jogħġob lil Ġeħova?

      • X’jogħġbok l-​iżjed minn dan l-​eżempju?

      Aqra Ebrej 11:​6, u mbagħad iddiskuti:

      • Ġeħova x’se jagħmel għal dawk li “jfittxuh bil-​ħeġġa,” jiġifieri dawk li jagħmlu li jistgħu biex isiru jafuh u jogħġbuh?

      • Skont il-​vers, jieħu pjaċir Ġeħova meta jarak tagħmel sforz biex tistudja l-​Bibbja? Għala taħseb hekk?

      XI ĦADD JISTAʼ JSAQSI: “Għala qed tistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova?”

      • Int kif tistaʼ twieġeb?

      XI DDISKUTEJNA?

      Li tistudja l-​Bibbja mhux dejjem hu faċli, imma dan se jgħinek tkun ferħan għal dejjem. Ibqaʼ afda f’Ġeħova, u se tara kif jgħinek.

      X’Tgħallimt

      • Għala hija importanti għalik il-​verità li qed titgħallem mill-​Bibbja?

      • Kif tistaʼ turi li l-​istudju tal-​Bibbja hu importanti għalik?

      • Għala għandek titlob lil Ġeħova biex jgħinek tibqaʼ tistudja l-​Bibbja?

      Ipprova Dan

      ARA IŻJED

      Sir af erbaʼ affarijiet li għenu lil oħrajn jużaw il-​ħin bl-​aħjar mod.

      “Kif tinvesti l-​ħin tiegħek bil-​għaqal” (Stenbaħ!, Frar 2014)

      Ara kif Ġeħova għen lil mara li r-​raġel tagħha ma fehemx għala xtaqet togħġob lil Alla.

      Ġeħova jsaħħaħna sabiex inġorru t-​tagħbija tagħna (5:​05)

      Ara kif raġel ibbenefika talli l-​mara tiegħu baqgħet tissaporti.

      Trattajt il-​Verità bħal Każ (6:​30)

      Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova kultant jiġu akkużati li jifirdu l-​familji. Imma dan vera?

      “Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jkissru l-​familji jew isaħħuhom?” (Artiklu fuq jw.org)

  • Kif Tieħu Deċiżjonijiet Tajbin
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • Lezzjoni 35. Raġel ifittex biex jixtri karozza fuq website u l-​mara u t-​tfal qed iħarsu lejn l-​iscreen.

      LEZZJONI 35

      Kif Tieħu Deċiżjonijiet Tajbin

      Kulħadd għandu deċiżjonijiet x’jieħu. Ħafna minn dawn id-​deċiżjonijiet jistgħu jeffettwaw lilna u l-​ħbiberija tagħna maʼ Ġeħova. Pereżempju, irridu niddeċiedu fejn se ngħixu, kif se naqilgħu l-​flus biex ngħixu, u jekk hux se niżżewġu. Meta tieħu deċiżjonijiet tajbin, jistaʼ jkollok ħajja ferħana u togħġob lil Ġeħova.

      1. Kif tistaʼ tuża l-​Bibbja biex tgħinek tieħu deċiżjonijiet tajbin?

      Qabel ma tieħu deċiżjoni, itlob lil Ġeħova biex jgħinek u ara mill-​Bibbja x’jaħseb fuq dik is-​sitwazzjoni. (Aqra Proverbji 2:​3-​6.) F’xi sitwazzjonijiet, Ġeħova jgħidilna eżatt xi rridu nagħmlu. Mela l-​aħjar deċiżjoni tkun li tobdih.

      Imma x’se tagħmel jekk Ġeħova ma jgħidlekx eżatt xi trid tagħmel fil-​Bibbja? Ġeħova xorta se ‘jmexxik fit-​triq li għandek timxi.’ (Isaija 48:17) Kif? Jistaʼ jkun hemm prinċipji li jgħinuk. Prinċipji mill-​Bibbja huma veritajiet importanti li juruna kif iħossu u x’jaħseb Alla. Meta naqraw rakkont mill-​Bibbja, kemm-​il darba nitgħallmu kif iħossu Alla dwar xi ħaġa partikolari. U meta nsiru nafu kif iħossu Ġeħova, inkunu nistgħu nieħdu deċiżjonijiet li jogħġbuh.

      2. Fuqiex għandek taħseb qabel ma tiddeċiedi?

      Il-​Bibbja tgħidilna biex ‘inqisu l-​passi tagħna.’ (Proverbji 14:15) Dan ifisser li qabel nieħdu deċiżjoni, irridu nieħdu l-​ħin biex naħsbu dwar l-​għażliet li għandna. Qabel tiddeċiedi saqsi lilek innifsek: ‘Liema prinċipji mill-​Bibbja se jgħinuni? B’liema deċiżjoni se jkolli moħħi mistrieħ? Id-​deċiżjoni li nieħu kif se teffettwa lil oħrajn? U l-​iżjed importanti, Ġeħova se jkun ferħan b’dak li nagħżel?’​—Proverbji 27:12.

      Ġeħova għandu d-​dritt li jgħidilna x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Aħna nistgħu nsiru nafu sew il-​liġijiet u l-​prinċipji taʼ Ġeħova u nkunu determinati li nobduhom. Meta nagħmlu hekk, inkunu qed nittrennjaw il-​kuxjenza tagħna. Il-​kuxjenza tgħidilna x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. (Rumani 2:​14, 15) Kuxjenza trenjata se tgħinna nieħdu deċiżjonijiet tajbin.

      TGĦALLEM IŻJED

      Sir af kif il-​prinċipji tal-​Bibbja u l-​kuxjenza tagħna jgħinuna niddeċiedu.

      3. Ħalli l-​Bibbja tgħinek

      Il-​prinċipji tal-​Bibbja kif jgħinuna meta nieħdu deċiżjonijiet? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet.

      VIDJOW: Ħallu l-​prinċipji Bibliċi jiggwidawkom (5:​54)

      • X’inhi l-​libertà tal-​għażla?

      • Ġeħova għala tana l-​libertà li niddeċiedu għalina?

      • X’tana biex jgħinna nieħdu l-​aħjar deċiżjonijiet?

      Biex tara eżempju taʼ prinċipju mill-​Bibbja, aqra Efesin 5:​15, 16. Imbagħad iddiskuti kif tistaʼ ‘tuża l-​ħin bl-​aħjar mod’ biex . . .

      • taqra l-​Bibbja b’mod regolari.

      • tkun persuna aħjar fil-​familja.

      • tmur il-​laqgħat.

      4. Ittrennja l-​kuxjenza tiegħek biex tieħu deċiżjonijiet tajbin

      Meta jkun hemm kmand ċar fil-​Bibbja, ikun faċli biex tieħu d-​deċiżjoni t-​tajba. Imma x’tagħmel jekk m’hemmx kmand? Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

      VIDJOW: “Żommu kuxjenza tajba” (5:​13)

      • Fil-​vidjow, l-​oħt x’għamlet biex tittrennja l-​kuxjenza tagħha u tieħu deċiżjoni li togħġob lil Ġeħova?

      Għala m’għandniex insaqsu lil oħrajn biex jiddeċiedu għalina? Aqra Ebrej 5:​14, u mbagħad iddiskuti:

      • Għalkemm hu faċli biex insaqsu lil oħrajn biex jiddeċiedu għalina, xi rridu nkunu nafu aħna stess?

      • X’jistaʼ jgħinek tittrennja l-​kuxjenza u tieħu deċiżjonijiet tajbin?

      Xi ħadd qed isuq karozza. Hu għandu l-​GPS biex jgħinu jsib it-​triq.

      Il-​kuxjenza hi bħal mappa. Din tgħinna nieħdu deċiżjonijiet f’ħajjitna

      5. Irrispetta l-​kuxjenza t’oħrajn

      Kulħadd jieħu deċiżjonijiet differenti. Kif nistgħu nuru li nirrispettaw il-​kuxjenza t’oħrajn? Ejja naraw żewġ eżempji:

      L-​1 eżempju: Oħt li tħobb stil partikolari bidlet il-​kongregazzjoni tagħha. Hemmhekk ħafna aħwa nisa ma jiħdux pjaċir bl-​istil tagħha.

      Aqra Rumani 15:1 u l-​1 Korintin 10:​23, 24, u mbagħad iddiskuti:

      • Skont dawn il-​versi, l-​oħt x’tistaʼ tiddeċiedi li tagħmel? Int x’tagħmel jekk tkun maʼ persuna li l-​kuxjenza tagħha tgħidilha biex ma tagħmilx xi ħaġa waqt li l-​kuxjenza tiegħek tħallik?

      It-​2 eżempju: Ħu jaf li l-​Bibbja ma tgħidx li ma tistax tixrob l-​alkoħol. Imma hu ddeċieda li ma jridx jixrob. Hu jiġi mistieden u jara aħwa oħrajn jixorbu l-​alkoħol.

      Aqra Ekkleżjasti 7:16 u Rumani 14:​1, 10, u mbagħad iddiskuti:

      • Skont dawn il-​versi, il-​ħu x’jistaʼ jiddeċiedi li jagħmel? Int x’se tagħmel jekk tara lil xi ħadd ieħor jagħmel xi ħaġa li l-​kuxjenza tiegħek ma tħallikx tagħmilha?

      X’se jgħinek tieħu deċiżjonijiet tajbin?

      Mara titlob.

      1. Saqsi lil Ġeħova biex jgħinek tiddeċiedi x’se tagħmel.​—Ġakbu 1:5.

      L-​istess mara qed tfittex fil-​Bibbja, fil-​pubblikazzjonijiet ibbażati fuq il-​Bibbja, u fil-​kompjuter.

      2. Fittex fil-​Bibbja u pubblikazzjonijiet ibbażati fuq il-​Bibbja biex issib prinċipji li se jgħinuk. Tistaʼ wkoll issaqsi ħu jew oħt matura fil-​kongregazzjoni biex tgħinek.

      L-​istess mara qed taħseb.

      3. Aħseb kif se teffettwa l-​kuxjenza tiegħek u t’oħrajn b’dak li tagħmel.

      ĦAFNA JGĦIDU: “Int għandek id-​dritt li tagħmel li trid. Mhux importanti x’jaħsbu n-​nies.”

      • Għala għandu jinteressana kif iħossu Alla u kif iħossuhom oħrajn?

      XI DDISKUTEJNA?

      Aħna nieħdu deċiżjonijiet tajbin meta nkunu nafu x’jaħseb Alla. Imbagħad naħsbu jekk dak li se nagħmlu hux se jgħin jew iweġġaʼ lil oħrajn.

      X’Tgħallimt

      • Kif tistaʼ tieħu deċiżjonijiet li jogħġbu lil Ġeħova?

      • Kif tistaʼ tittrennja l-​kuxjenza tiegħek?

      • Kif tirrispetta l-​kuxjenza t’oħrajn?

      Ipprova Dan

      ARA IŻJED

      Kif tistaʼ tieħu deċiżjonijiet li se jgħinuk issir iżjed ħabib t’Alla?

      “Ħu Deċiżjonijiet li Jonoraw lil Alla” (It-​Torri tal-​Għassa, 15 t’April 2011)

      Sir af iżjed kif Ġeħova jurina x’għandna nagħmlu.

      Ġeħova Jmexxi lill-​Poplu Tiegħu (9:​50)

      Tgħallem x’għen lil raġel biex jieħu deċiżjoni diffiċli.

      Ġeħova Jagħti Garanzija taʼ Kull Ħaġa Tajba (5:​46)

      Sir af kif tistaʼ togħġob lil Ġeħova meta ma jgħidilniex eżatt xi rridu nagħmlu.

      “Dejjem Għandek Bżonn Kmand tal-​Bibbja?” (It-​Torri tal-​Għassa, 1 taʼ Diċembru 2003)

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja