LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 3/8 pp. 10-11
  • Doni Speċjali li Jagħmluna Uniċi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Doni Speċjali li Jagħmluna Uniċi
  • Stenbaħ!—2003
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Futur Glorjuż għal Dawk li ‘Jaraw’ lil Alla
  • “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda”
    “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda”
  • Int Jistaʼ Jkollok Futur Hieni!
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • Il-Ħajja Għandha Skop Grandjuż
    X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tista’ Ssibu?
  • Aħna Magħmulin “b’Mod taʼ l-Għaġeb”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2003
g03 3/8 pp. 10-11

Doni Speċjali li Jagħmluna Uniċi

‘Ix-​xjenzat jistudja n-​natura għax jieħu gost biha, u jieħu gost biha għax hija sabiħa.’—JULES-HENRI POINCARÉ, XJENZAT U MATEMATIKU FRANĊIŻ (1854-1912).

POINCARÉ ammira ħafna s-​sbuħija tad-​dinja naturali, partikolarment “is-​sbuħija iktar profonda” taʼ l-​armonija u l-​ordni li tattira ħafna lill-​moħħ xjentifiku. Madankollu, wieħed m’għandux għalfejn ikun xjenzat biex japprezza s-​sbuħija u l-​ordni taʼ madwarna. Xi 3,000 sena ilu, is-​salmista David kien imqanqal bil-​kbir mid-​disinn li jidher fil-​ħolqien​—speċjalment id-​disinn tal-​ġisem tal-​bniedem. Għalhekk, hu talab: “Nroddlok ħajr, għax b’mod taʼ l-​għaġeb għamiltni: taʼ l-​għaġeb huma l-​għemejjel tiegħek. U ’l ruħi inti tafha tajjeb.”​—Salm 139:14.

Il-bnedmin biss għandhom sentimenti taʼ stagħġib u rispett kbir bħal dan, u saħansitra l-​iktar annimal intelliġenti m’huwiex kapaċi jesprimihom. Madankollu, l-​interess tagħna fid-​dinja naturali jmur iktar fil-​fond. Nies intelliġenti taʼ kull età staqsew: Minfejn ġew dawn il-​ħlejjaq ħajjin b’disinn tant taʼ l-​għaġeb? Tabilħaqq, għalfejn jeżistu l-​ħlejjaq ħajjin fuq kollox? U x’inhu l-​irwol tagħna f’dan l-​arranġament? Ix-​xjenza u r-​raġunar li jġagħlek teżamina ħsibijietek ma jistgħux iwieġbu dawn il-​mistoqsijiet. Imma l-​Bibbja, li hija ispirata minn Alla, tagħti tweġibiet li verament jissodisfawk.​—2 Pietru 1:​20, 21.

Dan il-​ktieb antik u mqaddes jispjega li l-​karatteristiċi uniċi tagħna l-​bnedmin huma r-​riżultat taʼ li aħna ġejna maħluqin “fuq xbihat Alla”​—jiġifieri li aħna kapaċi nirriflettu (għalkemm mhux eżatt) il-​karatteristiċi fil-​personalità tal-​Ħallieq tagħna. (Ġenesi 1:​27) Għalhekk, minkejja li m’għandniex il-​vista t’ajkla, nistgħu nuru għerf billi naraw bil-​quddiem u neżerċitaw l-​għaqal. Is-​smigħ tagħna m’għandux x’jaqsam ħdejn dak taʼ farfett il-​lejl, imma aħna nitgħaxxqu b’konversazzjonijiet, mużika, u ħsejjes sbieħ tan-​natura. U filwaqt illi m’għandniex kumpass imsawwar ġo fina, billi nduru lejn il-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja Mqaddsa, nistgħu niksbu l-​aħjar gwida għall-​ħajja.​—Proverbji 3:​5, 6.

Il-fatt li ġejna maħluqin fuq ix-​xbieha t’Alla wkoll jispjega l-​fatt għala aħna biss għandna bżonn spiritwali. ‘‘Il-​bniedem mhux bil-​ħobż biss jgħix,” qal Ġesù, “iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.” (Mattew 4:4) Toqgħod attent u tifhimhom stqarrijiet rifreskanti bħal dawn billi taqra l-​Bibbja?

Meta niġu sostnuti mill-​Kelma t’Alla, l-​ispiritwalità tagħna tistaʼ tkabbrilna l-​abbiltà li nifhmu iktar mil-​limiti li jippermettulna s-​sensi fiżiċi tagħna. Dan kif? Billi nibnu l-​fidi tagħna. Fidi ġenwina bbażata fuq il-​Bibbja tgħinna ‘naraw’ lil Alla li ma jidhirx​—bħalma għamel Mosè​—u wkoll biex nagħrfu l-​iskop Tiegħu għall-​futur.​—Lhud 11:​1, 27.

Futur Glorjuż għal Dawk li ‘Jaraw’ lil Alla

Il-​Bibbja tgħallem li l-​Ħallieq, Alla Jehovah, iħobb l-​art b’kull ħlejqa li fiha, speċjalment nies li għandhom il-​biżaʼ t’Alla. Għalhekk, hu jwiegħed li se jġib fi tmiem lill-​ħżiena kollha, inkluż lil dawk li b’mod rgħib qegħdin “jeqirdu d-​dinja.” (Apokalissi 11:18; Salm 37:​10, 11; 2 Tessalonikin 1:8) Wara, hu se jagħti ħajja eterna lil dawk li jħobbuh u jobduh. Iktar minn hekk, huma se jgħinu biex jibdlu l-​pjaneta kollha f’ġenna mfawra bil-​ħajja. Xi prospett meraviljuż!​—Luqa 23:43.

Immaġina kemm se tkun tistaʼ tagħmel u tiskopri affarijiet meta l-​ħajja u s-​saħħa tajba ma jkollhomx limitu! “Fin-​natura,” kiteb wieħed xjenzat, “dejjem se nibqgħu nsibu xi ħaġa ġdida, rikka, u sabiħa.” Il-​Bibbja hekk tpoġġiha: “[Alla] kollox għamel tajjeb f’waqtu; nissel ukoll sens taʼ l-​imgħoddi u l-​ġejjieni f’moħħ il-​bniedem, iżda bla ma dawn jirnexxilhom jikxfu x’jagħmel Alla mill-​bidu sat-​tmiem.”​—Koħèlet 3:​11.

Kif tistaʼ tkun parti mill-​Ġenna taʼ l-​art deskritta fil-​Bibbja? Billi titgħallem dwar l-​iskop t’Alla issa u billi tieħu azzjoni fuq dak li titgħallem. “Din hi l-​ħajja taʼ dejjem,” Ġesù qal, “li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt.”​—Ġwann 17:3.

[Stampa f’paġna 10]

Uża s-​sensi tiegħek biex tibni apprezzament għall-​Ħallieq

[Stampa f’paġna 11]

Il-​qari tal-​Bibbja huwa l-​aħjar mod kif issir taf lill-​Ħallieq tiegħek

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja