-
Punti Prinċipali mill-Għanja taʼ l-GħanjietIt-Torri tal-Għassa—2006 | Novembru 15
-
-
1:2, 3—L-imħabba tar-ragħaj żagħżugħ għala hija bħal inbid u ismu bħaż-żejt? Bħalma l-inbid iferraħ il-qalb taʼ raġel u t-tferrigħ taż-żejt fuq ras xi ħadd jikkalma lil dak li jkun, l-imħabba taż-żagħżugħ u ismu saħħew u farrġu lix-xebba. (Salm 23:5; 104:15) Il-Kristjani veri, speċjalment dawk midlukin, bl-istess mod jiksbu qawwa u inkuraġġiment meta jirriflettu fuq l-imħabba li Ġesù Kristu wera lejhom.
-
-
Punti Prinċipali mill-Għanja taʼ l-GħanjietIt-Torri tal-Għassa—2006 | Novembru 15
-
-
1:2; 2:6. Espressjonijiet taʼ mħabba moralment nodfa jistgħu jkunu xierqa waqt l-għerusija. Madankollu, koppja għandha tieħu ħsieb li dawn ikunu turijiet t’affezzjoni ġenwina u mhux passjoni mhux nadifa li tistaʼ twitti t-triq għall-immoralità sesswali.—Galatin 5:19.
-