-
“Farrġu l-Poplu Tiegħi”Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
26, 27. Kif inhuma deskritti s-sentimenti taʼ l-eżiljati f’Babilonja, u liema affarijiet suppost jafu?
26 Billi jaf li s-snin fil-jasar se jmewtu l-ispirtu taʼ l-eżiljati Lhud, Jehovah jispira lil Isaija biex jikteb bil-quddiem dan il-kliem taʼ rassigurazzjoni: “Għaliex titkellem Ġakobb, u int, Iżrael, tgħid: ‘Triqti moħbija mill-Mulej, u mwarrab il-jedd tiegħi minn Alla?’ Jaqaw ma tafx, lanqas ma smajt, ‘Il-Mulej hu Alla taʼ dejjem, il-ħallieq taʼ truf l-art?’ Ma jegħja qatt, u ma jinkeddx, l-għerf tiegħu ma ssibx tarfu.”—Isaija 40:27, 28.d
27 Isaija jikteb il-kliem taʼ Jehovah li jiddeskrivi s-sentimenti taʼ l-eżiljati f’Babilonja, mijiet taʼ kilometri ’l bogħod minn pajjiżhom. Xi wħud jaħsbu li t-“triq” tagħhom—il-korsa iebsa taʼ ħajjithom—ma tidhirx jew mhix magħrufa minn Alla tagħhom. Huma jaħsbu li Jehovah ma jimpurtahx mill-inġustizzji li jsofru. Jiġu mfakkrin dwar affarijiet li suppost jafu, jekk mhux mill-esperjenza persunali, għallinqas minn tagħrif li twasslilhom. Jehovah kapaċi u lest li jeħles lin-nies tiegħu. Hu dak Alla etern u l-Ħallieq taʼ l-art kollha. Għaldaqstant, hu għad għandu l-qawwa li wera fil-ħolqien, u saħansitra s-setgħana Babilonja mhix se teħlisha minn taħt idejh. Alla bħal dan ma jistax jegħja u jiddiżappunta lin-nies tiegħu. Dawn m’għandhomx jistennew li jkunu kapaċi jifhmu għalkollox dak li jagħmel Jehovah, għax l-għerf tiegħu—jew id-dehen, il-fehma u l-intelliġenza tiegħu—ma jistgħux ilaħħqu miegħu.
-
-
“Farrġu l-Poplu Tiegħi”Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
d F’Isaija 40:28, l-espressjoni “taʼ dejjem” tfisser “għal dejjem,” għax Jehovah hu s-“Sultan taʼ dejjem.”—1 Timotju 1:17.
-