-
Profeta tal-Qedem b’Messaġġ ModernIl-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
20 Isaija jikkonkludi din l-istqarrija profetika b’dan il-mod: “Li kieku l-Mulej taʼ l-eżerċti ma ħallilniex fdal żgħir, bħal Sodoma konna nkunu, lil Gomorra konna nixbhu.” (Isaija 1:9)c Kontra s-setgħa taʼ l-Assirja, Jehovah finalment se jiġi biex jgħin lil Ġuda. Kuntrarju għal Sodoma u Gomorra, Ġuda m’hijiex se tiġi meqruda għalkollox. Se tibqaʼ teżisti.
21. Wara li Babilonja qerdet lil Ġerusalemm, Jehovah għala ‘ħalla fdal żgħir’?
21 Iktar minn 100 sena wara, Ġuda kienet mhedda mill-ġdid. In-nies ma kinux tgħallmu mid-dixxiplina li ngħatatilhom permezz taʼ l-Assirja. “Huma kienu jiddieħku bil-mibgħutin tiegħu, imaqdru kliemu, u jkasbru l-profeti tiegħu.” Bħala riżultat, “saħnet il-korla tal-Mulej għall-poplu tiegħu, hekk li ma setgħux jeħilsuha aktar.” (2 Kronaki 36:16) Nabukodonosor, il-monarka Babiloniż, ikkonkwista lil Ġuda, u din id-darba, ma kien għad baqaʼ xejn “bħal għarix f’qasam dwieli.” Ġerusalemm inqerdet ukoll. (2 Kronaki 36:17-21) Xorta waħda, Jehovah ‘ħalla fdal żgħir.’ Avolja Ġuda ssaportiet 70 sena fl-eżilju, Jehovah ħa ħsieb li l-ġens ikompli, speċjalment il-linja Davidika, li kellha tipproduċi l-Messija mwiegħed.
22, 23. Fl-ewwel seklu, Jehovah għala ‘ħalla fdal żgħir’?
22 Fl-ewwel seklu, Iżrael għadda mill-kriżi finali tiegħu bħala l-poplu f’patt m’Alla. Meta Ġesù ppreżenta lilu nnifsu bħala l-Messija mwiegħed, il-ġens m’aċċettahx, u bħala riżultat, Jehovah m’aċċettax lilhom. (Mattew 21:43; 23:37-39; Ġwann 1:11) Kien dan it-tmiem taʼ li Jehovah jkollu ġens speċjali fuq l-art? Le. L-appostlu Pawlu wera li Isaija 1:9 kellu jerġaʼ twettiq ieħor. Billi kkwota mill-verżjoni Settanta, hu kiteb: “Kif ukoll il-profeta Isaija qal minn qabel: ‘Li kieku l-Mulej taʼ l-eżerċti ma ħallilniex nisel, konna nsiru bħal Sodoma, u ’l Gomorra konna nixbhu.’”—Rumani 9:29.
23 Din id-darba dawk li baqgħu ħajjin kienu l-Kristjani midlukin, li poġġew fidi f’Ġesù Kristu. Dawn kienu, l-ewwelnett, kredenti Lhud. Iktar tard issieħbu magħhom xi kredenti Ġentili. Flimkien huma fformaw Iżrael ġdid, l-“Iżrael taʼ Alla.” (Galatin 6:16; Rumani 2:29) Dan in-“nisel” baqaʼ ħaj wara l-qerda tas-sistema t’affarijiet Lhudija fis-sena 70 E.K. Tabilħaqq, l-“Iżrael taʼ Alla” għadu magħna llum. Issa ssieħbu miegħu miljuni taʼ individwi kredenti mill-ġnus, li jifformaw “kotra kbira li ħadd ma jistaʼ jgħoddha, minn kull ġens u tribù, minn kull poplu u lsien.”—Apokalissi 7:9.
24. Liema ħaġa għandu jinnota kulħadd jekk jixtieq li jibqaʼ ħaj wara l-akbar kriżi taʼ l-umanità?
24 Din id-dinja dalwaqt se tiffaċċja l-battalja taʼ Armageddon. (Apokalissi 16:14, 16) Waqt li din se tkun kriżi akbar minn meta l-Assirja jew Babilonja invadew lil Ġuda, akbar saħansitra minn meta Ruma ħarbtet lill-Ġudea fis-sena 70 E.K., xorta waħda se jkun hemm min jibqaʼ ħaj. (Apokalissi 7:14) Mela, kemm huwa vitali li kulħadd jikkunsidra bir-reqqa l-kliem li Isaija qal lil Ġuda! Kien ifisser sopravivenza għal uħud leali lura f’dak iż-żmien. U jistaʼ jfisser sopravivenza għal uħud li jemmnu llum.
-
-
Profeta tal-Qedem b’Messaġġ ModernIl-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
c Il-Commentary on the Old Testament, minn C. F. Keil u F. Delitzsch, jgħid: “Id-diskors tal-profeta hawnhekk wasal f’waqfa. Il-fatt li jiġi maqsum f’żewġ sezzjonijiet separati f’dan il-punt, huwa indikat fl-iskrittura permezz taʼ l-ispazju mħolli bejn Is 1 vers 9 u 10. Dan il-metodu taʼ li wieħed jimmarka sezzjonijiet akbar jew iżgħar, billi jew iħalli l-ispazji jew inkella ma jkomplix jikteb fl-istess linja, huwa eqdem mill-punti u l-aċċenti tal-vokali, u huwa bbażat fuq tradizzjoni mill-iktar antika.”
-