-
Gwaj għall-Għalqa tad-Dwieli Infidila!Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
29. Liema tmiem taʼ hemm kbir jistenna lill-għalqa tad-dwieli Iżraelija taʼ Jehovah?
29 Isaija jikkonkludi dan il-messaġġ profetiku billi jiddeskrivi tmiem taʼ hemm kbir għal dawk li “warrbu l-liġi tal-Mulej” u li m’għamlux frott taʼ tjieba. (Isaija 5:24, 25; Hosegħa 9:16; Malakija 3:19 [4:1, NW]) Hu jiddikjara: “[Jehovah] għolla . . . [“sinjal,” “NW”] lill-ġens mill-bogħod; u saffarlu minn truf l-art; arawh ġej ħafif ħafif.”—Isaija 5:26; Dewteronomju 28:49; Ġeremija 5:15.
30. Min se jlaqqaʼ “ġens” kbir kontra l-poplu taʼ Jehovah, u b’liema riżultat?
30 Fil-qedem, arblu f’post fl-għoli setaʼ jservi taʼ “sinjal,” jew post fejn kienu jiltaqgħu n-nies jew l-eżerċti. (Qabbel Isaija 18:3; Ġeremija 51:27.) Issa Jehovah nnifsu se jlaqqaʼ lil dan il-“ġens” kbir bla isem biex jesegwixxi l-ħaqq tiegħu.b Hu se ‘jsaffarlu,’ jiġifieri, jiġbidlu l-attenzjoni lejn il-poplu xellerat tiegħu bħala oġġett li hu taʼ min jikkonkwistah. Il-profeta mbagħad jiddeskrivi l-attakk qawwi u tal-biżaʼ li jsir b’ħeffa kbira minn dawn il-konkwistaturi bħal iljuni. Dawn se “jaħtfu l-priża,” jiġifieri, il-ġens t’Alla, u “jaħarbu biha” lejn il-jasar. (Aqra Isaija 5:27-30a.) U x’riżultat taʼ niket għall-pajjiż tal-poplu taʼ Jehovah! “U jħares lejn l-art, u ara, dalma u diqa, u d-dawl imdallam bis-sħab iswed tagħha.”—Isaija 5:30b.
-
-
Gwaj għall-Għalqa tad-Dwieli Infidila!Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
b Fi profeziji oħrajn, Isaija jidentifika lil Babilonja bħala n-nazzjon li jesegwixxi l-ħaqq qerriedi taʼ Jehovah fuq Ġuda.
-