-
Jehovah—“Alla Ġust u Salvatur”Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
-
-
23. X’inhu r-riżultat għal dawk li jqimu l-idoli, u dawk li jqimu lil Jehovah kif se jaħbtilhom?
23 Is-salvazzjoni taʼ Iżrael tiġi enfasizzata fil-kliem li jmiss taʼ Jehovah: “Inġemgħu, ejjew, ersqu flimkien, intom il-maħrubin mill-ġnus! M’għandhomx għaqal dawk li jġorru l-idoli tagħhom taʼ l-għuda, dawk li jitolbu lil Alla li ma jsalvax. Xandru u ressqu l-kawża tagħkom; ħa jieħdu l-parir taʼ xulxin. Min qalu dan żmien ilu? Min xandru fi żmien il-qedem? M’hux jien il-Mulej? U ma hemm ebda Alla ħliefi; Alla ġust u salvatur, ma hemm ħadd għajri.” (Isaija 45:20, 21) Jehovah jsejjaħ lill-“maħrubin” biex iqabblu s-salvazzjoni tagħhom maʼ dak li jiġrilhom dawk li jqimu l-idoli. (Dewteronomju 30:3; Ġeremija 29:14; 50:28) L-idolatri “m’għandhomx għaqal” għaliex jitolbu u jaqdu lil allat bla qawwa li ma jistgħux isalvawhom. Il-qima tagħhom hi fiergħa—sempliċement għalxejn. Madankollu, dawk li jqimu lil Jehovah jsibu li hu għandu l-qawwa li jwettaq ġrajjiet imbassrin minnu “żmien ilu,” inkluż is-salvazzjoni tal-poplu tiegħu li jinsab eżiljat f’Babilonja. Din il-qawwa u s-setgħa li jkun jaf minn qabel jagħmlu lil Jehovah superjuri għall-allat l-oħrajn kollha. Verament, hu “Alla ġust u salvatur.”
-
-
Jehovah—“Alla Ġust u Salvatur”Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
-
-
27. Illum il-Kristjani għala jistaʼ jkollhom fiduċja assoluta fil-wegħdi taʼ Jehovah?
27 Il-membri tal-kotra kbira għala jistgħu jkunu fiduċjużi li jkun ifisser salvazzjoni għalihom jekk iduru lejn Alla? Għaliex il-wegħdi taʼ Jehovah huma taʼ min joqgħod fuqhom, bħalma juri tant ċar il-kliem profetiku li nsibu f’Isaija kapitlu 45. Sewwa sew bħalma Jehovah kellu l-qawwa u l-għerf biex joħloq is-smewwiet u l-art, hekk ukoll għandu l-qawwa u l-għerf biex iġiegħel li jseħħu l-profeziji tiegħu. U sewwa sew bħalma wettaq il-profezija dwar Ċiru, hekk ukoll se jwettaq kwalunkwe profezija Biblika oħra li għadha ma twettqitx. Għalhekk, dawk li jqimu lil Jehovah jistgħu jkunu fiduċjużi li Jehovah dalwaqt se jerġaʼ jagħti prova li hu “Alla ġust u salvatur.”
-