LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Jehovah—“Alla Ġust u Salvatur”
    Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
    • 24, 25. (a) Jehovah liema stedina jagħmel, u l-​wegħda tiegħu għala titwettaq żgur? (b) Jehovah x’jitlob bi dritt?

      24 Il-​ħniena taʼ Jehovah tqanqlu biex jagħmel din l-​istedina: “Duru lejja mill-​ġdid, truf kollha taʼ l-​art, u intom tkunu salvi! għax jien hu Alla, u ma hemm ħadd ħliefi! Bija nnifsi ħlift, minn fommi ħarġet il-​ġustizzja, u l-​kelma ma terġax lura: għax quddiemi tiltewa kull irkobba, bija jaħlef kull ilsien; għalija għad jgħidu: ‘Fil-​Mulej waħdu hemm il-​ħaqq [“tjieba sħiħa,” “NW”] u l-​qawwa; għandu għad jiġu, kollhom mistħija, dawk kollha li nkurlaw għalih. Fil-​Mulej isib il-​ġustizzja u jitfaħħar in-​nisel kollu taʼ Iżrael.’”—Isaija 45:22-25.

  • Jehovah—“Alla Ġust u Salvatur”
    Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
    • 26. “Kotra kbira” minn kull ġens kif qed twieġeb għall-​istedina taʼ Jehovah biex iddur lejh?

      26 Madankollu, l-​istedina t’Alla biex iduru lejh m’hijiex limitata għall-​eżiljati li qegħdin f’Babilonja tal-​qedem. (Atti 14:14, 15; 15:19; 1 Timotju 2:3, 4) Din l-​istedina għadha miftuħa, u “kotra kbira . . . minn kull ġens” twieġeb u xxandar: “Is-​salvazzjoni nafuha lil Alla tagħna . . . u lill-​Ħaruf [Ġesù].” (Apokalissi 7:9, 10; 15:4) Kull sena, mijiet t’eluf taʼ wħud ġodda jiżdiedu mal-​kotra kbira billi jduru lejn Alla, jirrikonoxxu bis-​sħiħ is-​sovranità tiegħu u jiddikjaraw pubblikament il-​lealtà tagħhom lejh. Iżjed minn hekk, huma jappoġġaw lealment lil Iżrael spiritwali, “nisel Abraham.” (Galatin 3:29) Huma jesprimu mħabbithom lejn il-​ħakma taʼ Jehovah mimlija tjieba billi jxandru madwar id-​dinja: “Fil-​Mulej waħdu hemm il-​ħaqq [“tjieba sħiħa,” NW] u l-​qawwa.”a Fl-​ittra tiegħu lir-​Rumani, l-​appostlu Pawlu kkwota Isaija 45:23 skond it-​traduzzjoni tas-​Settanta biex juri li maż-​żmien kulmin ikun ħaj se jirrikonoxxi s-​sovranità t’Alla u se jfaħħarlu ismu kontinwament.—Rumani 14:11; Filippin 2:9-11; Apokalissi 21:22-27.

  • Jehovah—“Alla Ġust u Salvatur”
    Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
    • a In-​New World Translation tuża l-​espressjoni “tjieba sħiħa” għaliex it-​test Ebrajk għandu l-​kelma “tjieba” fil-​plural. Il-​plural jintuża hawnhekk biex jesprimi l-​ammont abbundanti tat-​tjieba taʼ Jehovah.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja