-
“Żmien taʼ Rieda Tajba”Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
-
-
8. Il-poplu tal-Messija stess kif jirreaġixxi għalih, imma l-Messija lejn min iħares biex jiġġudika s-suċċess tiegħu?
8 M’huwiex minnu, iżda, li Ġesù jiġi disprezzat u miċħud mill-biċċa l-kbira mill-poplu tiegħu stess? Iva. B’mod ġenerali, il-ġens taʼ Iżrael ma jaċċettahx lil Ġesù bħala l-Qaddej midluk t’Alla. (Ġwann 1:11) Kulma jwettaq Ġesù waqt li qiegħed fuq l-art jistaʼ jidher min-nies taʼ żmienu bħala li hu bla valur, saħansitra insinifikanti. Il-Messija issa jirreferi għal dan li jidher qisu fjask fil-ministeru tiegħu billi jgħid: “Għalxejn inkeddejt, u fix-xejn ħlejt saħħti.” (Isaija 49:4a) Dan il-kliem ma jintqalx għaliex il-Messija hu skuraġġit. Ikkunsidra x’jgħid imbagħad: “Imma f’idejn il-Mulej il-kawża tiegħi, u l-ħlas tiegħi għand Alla tiegħi.” (Isaija 49:4b) Is-suċċess tal-Messija ma jiġix ġudikat mill-bniedem imma minn Alla.
-
-
“Żmien taʼ Rieda Tajba”Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
-
-
10 Illum, xi kultant is-segwaċi taʼ Ġesù jistgħu jħossu li bħallikieku qegħdin jaħdmu għalxejn. F’xi postijiet, ir-riżultati fil-ministeru tagħhom jistgħu jidhru li huma insinifikanti meta jitqabblu maʼ l-ammont taʼ xogħol u sforzi li jsiru. Xorta waħda, huma jissaportu billi jiġu inkuraġġiti mill-eżempju taʼ Ġesù. Jiġu msaħħin ukoll bil-kliem taʼ l-appostlu Pawlu, li kiteb: “Għalhekk, ħuti għeżież, żommu sħiħ, titħarrkux; ħabirku dejjem fil-ħidma tal-Mulej. Kunu afu li l-ħidma tagħkom fil-Mulej m’hijiex għalxejn.”—1 Korintin 15:58.
-