TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ISAIJA 52-57
Kristu bata għalina
“Hu kien mistmerr u skartat min-nies . . . aħna nfusna qisnieh bħala wieħed kastigat, imsawwat, u milqut bis-sofferenza minn Alla”
Ġesù kien mistmerr u akkużat bħala wieħed midgħi. Xi wħud emmnu li Alla kien qed jikkastigah, bħallikieku kien qed jolqtu b’marda moqżieża
“Ġeħova għoġbu jfarrku; . . . u kulma jogħġob lil Ġeħova jirnexxi f’idu”
Bla dubju, Ġeħova bata meta ra ’l Ibnu jiġi maqtul. Imma hu ħa pjaċir ħafna jara l-lealtà assoluta taʼ Ġesù. Il-mewt taʼ Ġesù pprovdiet tweġiba għall-isfida taʼ Satana rigward il-lealtà tal-qaddejja t’Alla u ġabet benefiċċji għan-nies niedma. B’hekk, il-mewt taʼ Ġesù għenet biex titwettaq ir-rieda taʼ Ġeħova