-
“Ejjew . . . Nirraġunaw Flimkien”Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
5. Liema huma xi atti taʼ qima mwettqin mil-Lhud, u dawn għala saru taʼ “piż” għal Jehovah?
5 Mhux taʼ b’xejn li Jehovah issa juża lingwaġġ saħansitra iktar qawwi! “Iġġibux iżjed offerti fiergħa; sirt nistkerrhu l-bħur, il-qamar ġdid, is-sibt, u l-laqgħat li ssejjħu: ma niflaħx għall-ħażen [“poter soprannaturali,” “NW”] flimkien mal-festi. L-ewwel tax-xhur u l-festi tagħkom, jien nobgħodhom, piż huma għalija, għejejt nerfgħu.” (Isaija 1:13, 14) L-offerti tal-qamħ, il-bħur (l-inċens), is-Sibtijiet, u l-festi huma kollha parti mil-Liġi li Alla ta lil Iżrael. Inkwantu għall-“ewwel tax-xhur” (il-qamar ġdid), il-Liġi sempliċement tesiġi li dawn jiġu osservati, imma tradizzjonijiet bnien ġew stabbiliti bil-mod il-mod madwar l-osservanza. (Numri 10:10; 28:11) Il-qamar ġdid huwa meqjus bħala sibt taʼ kull xahar, meta n-nies kienu jieqfu mix-xogħol u saħansitra jinġabru biex jiġu mgħallmin mill-profeti u mill-qassisin. (2 Slaten 4:23; Eżekjel 46:3; Għamos 8:5) Osservanzi bħal dawn m’humiex ħżiena. Il-problema qegħda f’li wieħed jagħmilhom għal għajnejn in-nies. Iktar minn hekk, il-Lhud qed jirrikorru għall-“poter soprannaturali,” prattiċi spiritistiċi, id f’id maʼ l-osservanza formali tagħhom tal-Liġi t’Alla.b B’hekk, l-atti taʼ qima tagħhom lejn Jehovah huma “piż” għalih.
-
-
“Ejjew . . . Nirraġunaw Flimkien”Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
b Il-kelma Ebrajka għal “poter soprannaturali” tiġi tradotta wkoll “dak li jweġġaʼ,” “dak li hu soprannaturali,” u “dak li hu żbaljat.” Skond it-Theological Dictionary of the Old Testament, profeti Ebrej użaw il-kelma biex jikkundannaw il-“ħażen kbir kaġunat mill-użu ħażin tal-poter.”
-