LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Jehovah Jerġaʼ Jqawwi l-Ispirtu taʼ l-Umlin
    Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
    • 18. Kif inhi deskritta l-​pożizzjoni għolja taʼ Jehovah, u madankollu liema tħassib b’imħabba juri lejna?

      18 Huwa f’dan il-​punt li Isaija jlissen il-​kliem li ġie kwotat fil-​bidu taʼ dan il-​kapitlu: “Dan jgħid min qiegħed merfugħ fl-​għoli, li jgħix għal dejjem u qaddis ismu: ‘Jien ngħammar fl-​għoli u f’post qaddis, imma l-​istess jien qiegħed mal-​bniedem b’qalb maqsuma u umiljat f’ruħu; biex naħji r-​ruħ umiljata, nqawwi l-​qalb miksura.’” (Isaija 57:15) It-​tron taʼ Jehovah qiegħed fl-​ogħla smewwiet. M’hemmx pożizzjoni oħra li hi ogħla jew iktar superjuri minn tiegħu. Kemm hu taʼ faraġ li nkunu nafu li minn hemmhekk jara kollox—mhux biss id-​dnubiet tan-​nies mill-​agħar imma wkoll l-​atti taʼ tjieba taʼ dawk li jipprovaw jaqduh! (Salm 102:20 [102:19, NW]; 103:6) Iktar minn hekk, hu jismaʼ t-​tnehid taʼ l-​umiljati u jqawwi lil dawk taʼ qalbhom maqsuma. Dan il-​kliem bilfors li qanqal il-​qlub tal-​Lhud li nidmu fil-​qedem, u ċertament li jqanqal lil qlubna llum.

  • Jehovah Jerġaʼ Jqawwi l-Ispirtu taʼ l-Umlin
    Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
    • 21. (a) Jehovah kif reġaʼ qawwa l-​ispirtu tal-​Kristjani midlukin fl-​1919? (b) Aħna bħala individwi liema kwalità nagħmlu tajjeb li rrawmu fina?

      21 Jehovah, li “qiegħed merfugħ fl-​għoli,” wera wkoll it-​tħassib tiegħu għall-​benesseri tal-​membri tal-​fdal midluk fl-​1919. Minħabba l-​ispirtu sogħbien u umli tagħhom, dak Alla l-​kbir, Jehovah, innota b’qalb tajba kemm kienu maħqurin u ħelishom mill-​jasar taħt Babilonja. Hu neħħa kull ostaklu minn quddiemhom u mexxiehom lejn il-​libertà sabiex ikunu jistgħu jqimuh b’mod safi. B’hekk, il-​kliem li Jehovah lissen permezz taʼ Isaija twettaq dakinhar. U wara dan il-​kliem hemm prinċipji eterni li japplikaw għal kull wieħed u waħda minna. Jehovah jaċċetta l-​qima biss mingħand dawk li huma umlin. U jekk wieħed mill-​qaddejja t’Alla jidneb, għandu jkun ħafif biex jirrikonoxxi l-​iżball tiegħu, jaċċetta t-​twiddib, u jikkoreġi triqatu. Jalla qatt ma ninsew li Jehovah jfejjaq u jfarraġ lill-​umlin imma ‘jieqaf lill-​kburin.’—Ġakbu 4:6.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja