Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
© 2023 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
4-10 TAʼ MARZU
Ġawhar Spiritwali
it-2 714
Mimmi t’Għajnejk
L-għajn hi sensittiva ħafna. Meta persuna tidħlilha xagħra jew farka f’għajnejha mill-ewwel tinduna. Il-parti trasparenti (il-kornea) li tgħatti l-ħabba tal-għajn trid tkun protetta għax jekk tingiref jew ma tibqax ċara minħabba xi marda, il-persuna tistaʼ ma tibqax tara sew jew anki tagħma. Il-Bibbja tuża l-espressjoni “l-mimmi t’għajnejk” meta titkellem dwar xi ħaġa li trid tiġi protetta b’attenzjoni kbira. Il-kelma t’Alla hekk trid tiġi trattata. (Pr 7:2) Dewteronomju 32:10 jitkellem dwar kif Ġeħova ħa ħsieb lill-poplu t’Iżrael. Il-vers jgħid li hu pproteġiehom “bħall-mimmi t’għajnejh.” David talab lil Alla biex jieħu ħsiebu u jipproteġih ‘bħall-mimmi t’għajnejh.’ (Sa 17:8) Hu ried lil Ġeħova jgħinu malajr meta kien qed jiġi attakkat mill-għedewwa tiegħu.
11-17 TA’ MARZU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | SALM 18
“Ġeħova Hu . . . Dak li Jsalvani”
w09 5/1 14 ¶4-5
Il-Ferħ taʼ Ġeħova Hu l-Fortizza Tagħna
Il-Bibbja tqabbel lil Ġeħova maʼ “Blata” u “fortizza.” (2 Samwel 23:3; Salm 18:2; Dewteronomju 32:4) Għala? Bħalma ġebla kbira tkun soda f’postha u ma tiċċaqlaqx, Ġeħova jistaʼ jkun taʼ protezzjoni soda għalik.
5 Il-ktieb tas-Salmi hu mimli b’eżempji li jiddeskrivu aspetti differenti tal-personalità taʼ Ġeħova. Pereżempju, Salm 84:11 jgħid li Ġeħova hu bħal “xemx” u “tarka” għax hu jagħtina d-dawl, il-ħajja, l-enerġija, u l-protezzjoni.
Ġawhar Spiritwali
it-1 432 ¶2
Kerubin
Il-kerubini kienu ‘jirrappreżentaw il-karru’ li kien riekeb fuqu Ġeħova. (1Kr 28:18) Ġwinħajhom kienu jipprovdu protezzjoni u jgħinuhom jivvjaġġaw malajr. Allura, David fl-għanja tiegħu ddeskriva kemm Ġeħova għenu malajr. Kien bħal wieħed li “ġie jtir riekeb fuq kerubin” u “fuq il-ġwienaħ t’anġlu.”—2Sa 22:11; Sa 18:10.
15-21 T’APRIL
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | SALM 29-31
Id-Dixxiplina Turi li Alla Jħobbna
it-1 802 ¶3
Wiċċ
Li Ġeħova jaħbi wiċċu spiss jirreferi għal meta Ġeħova ma jkunx ferħan b’xi ħadd jew għal meta ma jużax il-qawwa tiegħu. Dan jistaʼ jkun minħabba li persuna jew grupp taʼ nies ma jobduhx, bħal meta l-poplu t’Iżrael m’obdiehx. (Ġob 34:29; Sa 30:5-8; Is 54:8; 59:2) F’xi każijiet, tistaʼ tfisser li Ġeħova ma jiħux azzjoni jew ma jwiġibx it-talba taʼ xi ħadd mill-ewwel, imma jistenna għal meta jkun il-waqt. (Sa 13:1-3) Meta David qal lil Ġeħova biex ma jaħbix wiċċu minnu, kien qed jitolbu biex jaħfirlu jew jinsa dak li għamel.—Sa 51:9; qabbel Sa 10:11.