-
‘Aqbżu bil-Ferħ għal Dejjem Minħabba f’Dak li Għad Noħloq Jien’Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
-
-
29. (a) In-nies ubbidjenti t’Alla liema ferħ se jkollhom fil-pajjiż taʼ Ġuda meta jiġi stabbilit mill-ġdid? (b) Is-siġar għala huma tixbiha xierqa taʼ ħajja twila? (Ara n-nota taʼ taħt.)
29 Jehovah jkompli jiddeskrivi l-kundizzjonijiet li se jiddominaw fil-pajjiż taʼ Ġuda meta jiġi stabbilit mill-ġdid: “Huma għad jibnu djarhom u jgħammru fihom, iħawwlu d-dwieli u jieklu frotthom. Ma jibnux biex jgħammar ħaddieħor, u ma jħawwlux biex jiekol ħaddieħor; għax il-poplu tiegħi jgħix daqs kemm jgħixu s-siġar, u l-magħżulin tiegħi jistgħallu xogħol idejhom.” (Isaija 65:21, 22) Wara li jirritornaw lejn il-pajjiż taʼ Ġuda li jinsab ħerba u li bla dubju ma fihx djar u dwieli, in-nies ubbidjenti t’Alla se jkollhom il-ferħ li jgħixu fi djarhom stess u li jieklu l-frott tad-dwieli tagħhom stess. Alla se jbierek xogħolhom, u se jkollhom ħajjiet twal—bħall-jiem taʼ siġra—li fihom jistgħu jgawdu l-frott tal-ħidma tagħhom.f
30. Il-qaddejja taʼ Jehovah liema sitwazzjoni hienja jgawdu llum, u x’se jgawdu fid-dinja l-ġdida?
30 Fi żmienna, kien hemm twettiq taʼ din il-profezija. In-nies taʼ Jehovah ħarġu mill-eżilju spiritwali fl-1919 u bdew jistabbilixxu mill-ġdid lil ‘pajjiżhom,’ jew il-qasam t’attività u l-qima tagħhom. Huma bnew kongregazzjonijiet u kkultivaw il-frott spiritwali. B’riżultat taʼ dan, saħansitra issa n-nies taʼ Jehovah jgawdu ġenna spiritwali u sliem mingħand Alla. Aħna nistgħu nkunu ċerti li dan is-sliem se jkompli fil-Ġenna taʼ l-art letterali. Huwa impossibbli li nimmaġinaw eżatt dak li se jwettaq Jehovah bil-qlub u l-idejn ħerqanin taʼ l-adoraturi tiegħu fid-dinja l-ġdida. Kemm se tifraħ li tibni darek u mbagħad tgħix fiha! Taħt il-ħakma tas-Saltna, qatt ma se jonqos ix-xogħol li jagħti sodisfazzjon. Kemm se jkun premjanti li dejjem ‘idduq’ il-frott taʼ ħidmietek! (Koħèlet 3:13) Se jkollna aħna żmien biżżejjed biex ingawdu bis-sħiħ ix-xogħol taʼ idejna? Iva, tabilħaqq! Il-ħajjiet bla tmiem tal-bnedmin leali se jkunu “daqs kemm jgħixu s-siġar”—għal eluf taʼ snin, u iktar!
-
-
‘Aqbżu bil-Ferħ għal Dejjem Minħabba f’Dak li Għad Noħloq Jien’Il-Profezija ta’ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha II
-
-
e Il-Bibbja taʼ Karm Żammit tittraduċih hekk Isaija 65:20: “Ma jkunx hemm aktar fiha tarbija li tgħix ftit jiem, u lanqas xiħ li ma jtemmx sninu.”
-