-
X’Jiġri Meta Mmutu?Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
2. Kif tgħinna l-verità dwar il-mewt?
Ħafna nies jibżgħu mill-mewt u anki minn dawk li mietu! Imma dak li tgħid il-Bibbja se jgħinek. Ġesù qal: “Il-verità teħliskom.” (Ġwanni 8:32) Xi reliġjonijiet jgħallmu li xi ħaġa minna tibqaʼ ħajja wara li mmutu. Imma l-Bibbja mhux hekk tgħallimna. Mela dan jurina li ħadd ma jbati wara li jmut. U peress li l-mejtin ma jafu xejn, m’hemmx għalfejn inqimuhom jew noffrulhom affarijiet biex ma jweġġgħuniex. Lanqas m’hemm għalfejn nitolbu għalihom.
Xi nies jgħidu li jistgħu jitkellmu mal-mejtin. Imma dan mhux possibbli. Bħalma tgħallimna, il-mejtin “ma jafu assolutament xejn.” Dawk li jaħsbu li qed jitkellmu mal-mejtin, fir-realtà jkunu qed jitkellmu mad-dimonji li jagħmluha taʼ dawn il-mejtin. Allura li nafu l-verità dwar il-mejtin se jipproteġina mid-dimonji. Ġeħova jwissina biex ma nitkellmux mal-mejtin, għax jaf li hu perikoluż meta nitkellmu mad-dimonji.—Aqra Dewteronomju 18:10-12.
-
-
X’Jiġri Meta Mmutu?Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
4. Il-verità dwar il-mewt tgħinna
Meta nkunu nafu l-verità dwar il-mewt, tgħinna ma nibżgħux mill-mejtin. Aqra Ekkleżjasti 9:10, u mbagħad iddiskuti:
Il-mejtin jistgħu jweġġgħuna?
Meta nemmnu l-verità mill-Bibbja, aħna mhux se nemmnu li għandna nqimu jew noffru affarijiet lill-mejtin biex ma jweġġgħuniex. Dan it-tagħlim hu gidba. Aqra Isaija 8:19 u Rivelazzjoni 4:11, u mbagħad iddiskuti:
Ġeħova x’jaħseb dwar xi ħadd li jqim il-mejtin jew ifittex l-għajnuna tagħhom?
Il-verità dwar il-mejtin teħlisna minn drawwiet li ma jogħġbux lil Ġeħova
-