LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Il-​Wegħda għal Prinċep tas-​Sliem
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • ‘Il-​Liġi u x-​Xhieda’ t’Alla

      8. X’inhuma l-​“liġi” u x-​“xhieda” li lejhom suppost għandna nirrikorru llum biex ningħataw direzzjoni?

      8 Il-​liġi taʼ Jehovah li tipprojbixxi l-​ispiritiżmu flimkien mal-​kmandi l-​oħrajn tiegħu m’humiex moħbijin f’Ġuda. Huma preservati bil-​kitba. Illum il-​Kelma tiegħu hija disponibbli kollha kemm hi bil-​kitba. Din hija l-​Bibbja, li ma tinkludix biss ġabra taʼ liġijiet u regolamenti divini imma wkoll rakkont dwar kif Alla aġixxa mal-​poplu tiegħu. Dan ir-​rakkont Bibliku dwar l-​aġir t’Alla jifforma xhieda, jew testimonjanza, li tgħallimna dwar in-​natura u l-​kwalitajiet taʼ Jehovah. Minflok ma jikkonsultaw mal-​mejtin, l-​Iżraelin fejn suppost li sejrin biex jingħataw direzzjoni? Iwieġeb Isaija: “Għal-​liġi u għax-​xhieda!” (Isaija 8:20a, “KŻ”) Iva, dawk li qegħdin ifittxu l-​veru tidwil għandhom imorru fil-​Kelma miktuba t’Alla.

      9. Li minn żmien għal żmien jikkwotaw il-​Bibbja għandu xi valur għal midinbin li ma jindmux?

      9 Xi Iżraelin li qegħdin ibagħbsu fl-​ispiritiżmu għandhom mnejn jgħidu li għandhom rispett lejn il-​Kelma miktuba t’Alla. Imma stqarrijiet bħal dawn huma fiergħa u ipokriti. Jgħid Isaija: “Min ma jgħidx kliem bħal dan, qisu wieħed bla dawl is-​sebħ.” (Isaija 8:20b) Għal liema kliem qed jirreferi Isaija hawnhekk? Forsi għall-​istqarrija: “Għal-​liġi u għax-​xhieda!” Jistaʼ jkun li xi Iżraelin apostati jirreferu għall-​Kelma t’Alla, sewwa sew bħalma l-​apostati u oħrajn illum forsi jikkwotaw mill-​Iskrittura. Imma dan bil-​paroli biss. Li wieħed jikkwota l-​Iskrittura ma jwassalx għal xi “dawl is-​sebħ,” jew tidwil mingħand Jehovah, jekk flimkien maʼ dan ma jagħmilx ir-​rieda taʼ Jehovah u ma jaħrabx il-​prattiċi maħmuġin.b

  • Il-​Wegħda għal Prinċep tas-​Sliem
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • b Il-frażi “kliem bħal dan” f’Isaija 8:20 tistaʼ tirreferi għall-​istqarrija rigward l-​ispiritiżmu, kwotata f’Isaija 8:19. Jekk dan huwa l-​każ, Isaija qed jgħid li dawk li jippromwovu l-​ispiritiżmu f’Ġuda se jkomplu jħeġġu lil oħrajn biex jirrikorru għand il-​medji taʼ l-​ispirti u b’hekk ma jirċievu ebda tidwil mingħand Jehovah.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja