LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Alla li hu ‘lest biex jaħfer’
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
    • Muntanja miksija b’borra bajda

      “Dnubietkom . . . isiru bojod bħas-silġ”

      10. Meta Jehovah jaħfrilna dnubietna, għala m’għandniex inħossu li se nibqgħu nġorru t-​tebgħa taʼ dawn id-​dnubiet għall-​bqija taʼ ħajjitna?

      10 Qatt ipprovajt tneħħi tebgħa minn fuq xi libsa ċara? Forsi minkejja l-​isforzi kollha li għamilt, it-​tebgħa xorta baqgħet tidher. Innota kif Jehovah jiddeskrivi l-​kapaċità tiegħu li jaħfer: “Mqar jekk dnubietkom ikunu ħomor bħall-​iskarlatt, isiru bojod bħas-​silġ; mqar jekk ikunu ħomor bħall-​kremżi, isiru bojod bħas-​suf.” (Isaija 1:18, korsiv tagħna.) Il-​kelma “skarlatt” tfisser kulur aħmar jgħajjat.b Il-​“kremżi” kien wieħed mill-​kuluri skuri taʼ drapp miżbugħ. (Naħum 2:3, KŻ) Qatt ma nistgħu nneħħu t-​tebgħa tad-​dnub bis-​saħħa tagħna stess. Imma Jehovah jistaʼ jaqbad id-​dnubiet li huma bħall-​iskarlatt u l-​kremżi u jagħmilhom bojod bħas-​silġ jew bħas-​suf mhux miżbugħ. Meta Jehovah jaħfrilna dnubietna, m’għandniex għalfejn inħossu li se nibqgħu nġorru t-​tebgħa taʼ dawn id-​dnubiet għall-​bqija taʼ ħajjitna.

  • Alla li hu ‘lest biex jaħfer’
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
    • b Wieħed studjuż jgħid li l-​iskarlatt “kien kulur li ma jitfix, jew li ma jerħix. La n-​nida, la x-​xita, la l-​ħasil, u lanqas l-​użu, ma kien ineħħih.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja