LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Xi Gwaj għar-​Ribelli!
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • Il-​Qima Falza Tnissel il-​Vjolenza

      14, 15. (a) X’jirriżulta mill-​qima tad-​demonji? (b) Isaija jipprofetizza li Iżrael se jġarrab liema sofferenza kontinwa?

      14 Fil-​fatt, il-​qima falza hija l-​qima tad-​demonji. (1 Korintin 10:20) Bħalma ntwera qabel id-​Dilluvju, l-​influwenza tad-​demonji twassal għall-​vjolenza. (Ġenesi 6:​11, 12) Għalhekk, ma jissorprendiniex il-​fatt li meta Iżrael isir apostata u jibda jqim lid-​demonji, il-​pajjiż jimtela bil-​vjolenza u l-​ħażen.—Dewteronomju 32:17; Salm 106:​35-38.

      15 Bi kliem li jagħti stampa ċara, Isaija jiddeskrivi kemm infirxu l-​ħażen u l-​vjolenza f’Iżrael: “Għax il-​ħażen bħal ħuġġieġa nar, jiblaʼ x-​xewk u l-​ħurrieq, u jqabbad il-​ħatab tal-​masġar, u jinbarmu ’l fuq f’kolonna duħħan. Bl-​għadab tal-​Mulej taʼ l-​eżerċti maħruqa l-​art, u l-​poplu bħal ikel in-​nar, u ma jaħmilx wieħed lil ieħor. Jaħtaf min-​naħa tal-​lemin, u jibqaʼ bil-​ġuħ, jiekol min-​naħa tax-​xellug, u ma jixbax, kull wieħed jiekol laħam għajru. Manassi kontra Efrajm, Efrajm kontra Manassi, it-​tnejn flimkien kontra Ġuda. Minkejja dan għadbu ma reġax lura, u idu għadha merfugħa.”—Isaija 9:​17-20 [18-21, “NW”].

      16. Kif jitwettaq il-​kliem taʼ Isaija 9:​17-20 [9:​18-21, NW]?

      16 Bħal fjamma li tinfirex qalb ix-​xewk, il-​vjolenza ssir bla kontroll u f’ħakka t’għajn tasal sal-​“ħatab tal-​masġar,” u b’hekk toħloq nar taʼ vjolenza li jiblaʼ l-​masġar kollu. Il-​kummentaturi tal-​Bibbja Keil u Delitzsch jiddeskrivu l-​livell taʼ vjolenza bħala li kien “il-​qerda tagħhom infushom l-​iktar inumana waqt gwerra ċivili anarkika. Imneżżgħin minn kull emozzjoni tenera, dawn belgħu lil xulxin mingħajr ma xebgħu.” X’aktarx li t-​tribujiet taʼ Efrajm u Manassi huma speċifikati hawnhekk għaliex huma r-​rappreżentanti prinċipali tas-​saltna tat-​tramuntana u, bħala dixxendenti taż-​żewġ ulied taʼ Ġużeppi, huma l-​iktar tnejn li jiġu minn xulxin minn fost l-​għaxar tribujiet. Madankollu, minkejja dan, il-​vjolenza bejniethom, taʼ bejn l-​aħwa, jinterrompuha biss meta jiggwerraw kontra Ġuda li tinsab fin-​nofsinhar.—2 Kronaki 28:​1-8.

  • Xi Gwaj għar-​Ribelli!
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • [Stampa f’paġna 139]

      Il-​ħażen u l-​vjolenza jibilgħu lil Iżrael bħal nar f’masġar

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja