LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Salvazzjoni u Hena taħt ir-​Renju tal-​Messija
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • 4, 5. Isaija x’ipprofetizza rigward il-​miġja tal-​Messija, u Mattew milli jidher kif applikah kliem Isaija?

      4 Sekli sħaħ qabel żmien Isaija, kittieba Ebrej oħrajn tal-​Bibbja ġibdu l-​attenzjoni lejn il-​miġja tal-​Messija, il-​Mexxej veru, li kien se jintbagħat f’Iżrael minn Jehovah. (Ġenesi 49:10; Dewteronomju 18:18; Salm 118:​22, 26) Issa permezz taʼ Isaija, Jehovah jżid dettalji oħrajn. Jikteb Isaija: “Għad toħroġ fergħa miz-​zokk taʼ Ġesse, għad tinbet rimja minn għeruqu.” (Isaija 11:1; qabbel Salm 132:11.) “Fergħa” u “rimja,” it-​tnejn li huma jindikaw li l-​Messija se jkun id-​dixxendent taʼ Ġesse permezz taʼ ibnu David, li kien ġie midluk biż-​żejt bħala sultan taʼ Iżrael. (1 Samwel 16:13; Ġeremija 23:5; Apokalissi 22:16) Meta jasal il-​Messija veru, din ir-​“rimja,” mid-​dar taʼ David, se tipproduċi frott tajjeb.

      5 Il-​Messija mwiegħed hu Ġesù. Mattew, kittieb taʼ l-​evanġelju, alluda għall-​kliem taʼ Isaija 11:1 meta qal li Ġesù, imsejjaħ “Nażri,” wettaq kliem il-​profeti. Peress li trabba fil-​belt taʼ Nazaret, Ġesù ġie msejjaħ Nażri, isem li milli jidher huwa relatat mal-​kelma Ebrajka wżata f’Isaija 11:1 għal “rimja.”b—Mattew 2:​23, nota taʼ taħt fin-​NW; Luqa 2:​39, 40.

  • Salvazzjoni u Hena taħt ir-​Renju tal-​Messija
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • b Il-kelma Ebrajka għal “rimja” hija neʹtser, u għal “Nażri” hija Nots·riʹ.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja