LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Profeta tal-​Qedem b’Messaġġ Modern
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • Il-​Bhejjem bla Raġuni Għandhom Iktar Sens

      5. B’kuntrast maʼ Iżrael, il-​gendus u l-​ħmar b’liema mod juru sens taʼ fedeltà?

      5 Permezz taʼ Isaija, Jehovah jgħid: “Il-​gendus jagħraf lil sidu, u l-​ħmar il-​maxtura taʼ sidu; imma Iżrael ma jagħrafx, il-​poplu tiegħi ma jifhimx.” (Isaija 1:3)a Il-​gendus u l-​ħmar huma bhejjem tat-​tagħbija familjari maʼ dawk li jgħixu fil-​Lvant Nofsani. Tabilħaqq, il-​Ġudeani ma kinux se jiċħdu li saħansitra dawn il-​bhejjem inferjuri juru sens taʼ fedeltà u jkunu jafu li jappartjenu lil xi sid. F’dan ir-​rigward, ikkunsidra dak li ra b’għajnejh stess wieħed riċerkatur tal-​Bibbja f’inżul ix-​xemx ġo belt fil-​Lvant Nofsani: “Malli l-​merħla daħlet mill-​ħitan ’il ġewwa bdiet titferrex. Kull barri kien jaf perfettament lil sidu, u t-​triq lejn ir-​razzett tiegħu, u lanqas għal mument wieħed ma nfixel fil-​geġwiġija taʼ sqaqien dojoq u mgħawġin. Inkwantu għall-​ħmar, dan mexa dritt lejn il-​bieb, u sal-​‘maxtura taʼ sidu.’”

      6. In-​nies taʼ Ġuda kif m’aġixxewx bis-​sens?

      6 Ladarba xeni bħal dawn huma bla dubju komuni fi żmien Isaija, il-​punt tal-​messaġġ taʼ Jehovah huwa ċar: Jekk saħansitra bhima bla raġuni tagħraf lil sidha u l-​maxtura tagħha stess, in-​nies taʼ Ġuda liema skuża jistgħu jġibu talli telqu lil Jehovah? Verament, huma ‘ma fehmux.’ Donnu jidher li m’humiex konxji tal-​fatt li r-​riżq tagħhom u l-​istess eżistenza tagħhom jiddependu fuq Jehovah. Hija tabilħaqq evidenza taʼ ħniena li Jehovah għadu jirreferi għall-​Ġudeani bħala l-​“poplu tiegħi”!

      7. Liema huma xi modi li bihom nistgħu nuru li napprezzaw il-​provvedimenti taʼ Jehovah?

      7 Aħna qatt ma se nkunu rridu nġibu ruħna bħallikieku m’għandniex sens billi ma nurux apprezzament lejn dak kollu li Jehovah għamel għalina! Minflok, għandna nimitaw lis-​salmista David, li qal: “Nfaħħrek, Mulej, b’qalbi kollha; nxandar għeġubijietek kollha!” (Salm 9:2 [9:​1, New World Translation]) Li kontinwament nieħdu għarfien dwar Jehovah se jinkuraġġina f’dan ir-​rigward, għax il-​Bibbja tgħid illi “li tagħraf lill-​Qaddis hu d-​dehen.” (Proverbji 9:10) Li nimmeditaw kuljum fuq il-​barkiet taʼ Jehovah se jgħinna nkunu wħud li nroddu ħajr u ma nonqsux li nuru apprezzament lejn Missierna tas-​sema. (Kolossin 3:15) “Min iroddli sagrifiċċju taʼ radd il-​ħajr, dan isebbaħni,” jgħid Jehovah, u “lil min jimxi bis-​sewwa nurih is-​salvazzjoni taʼ Alla.”​—Salm 50:23.

  • Profeta tal-​Qedem b’Messaġġ Modern
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • a F’dan il-​kuntest, “Iżrael” jirreferi għas-​saltna taʼ Ġuda b’żewġ tribujiet.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja