-
Id-Deċiżjoni taʼ Jehovah Kontra l-ĠnusIl-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
21, 22. Liema ġens imiss li jirċievi dikjarazzjoni taʼ ġudizzju, u kif jitwettaq il-kliem imnebbaħ taʼ Isaija?
21 Għallinqas f’żewġ okkażjonijiet, l-Etjopja, li tinsab lejn in-nofsinhar taʼ l-Eġittu, involviet ruħha f’azzjoni militari kontra Ġuda. (2 Kronaki 12:2, 3; 14:1, 9-15; 16:8) Issa Isaija jbassar ġudizzju fuq dak il-ġens: “Gwaj għall-art taʼ l-insetti jżanżnu, ’l hemm mix-xmajjar taʼ Kus [“Etjopja,” “KŻ”]!” (Aqra Isaija 18:1-6.)a Jehovah joħroġ digriet li l-Etjopja se tiġi ‘miżbura, imqaċċta, u mormija.’
-
-
Id-Deċiżjoni taʼ Jehovah Kontra l-ĠnusIl-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
a Xi studjużi jissuġġerixxu li l-espressjoni “art taʼ l-insetti jżanżnu” tirreferi għall-ġradijiet li minn żmien għal żmien jinvadu l-Etjopja fi qtajjaʼ kbar. Oħrajn jindikaw li l-kelma Ebrajka għal ‘iżanżnu,’ tsela·tsalʹ, tixbah fil-ħoss l-isem mogħti lid-dubbiena tsetse, tsal tsalya, mill-Galla, poplu Ħamitiku li jgħix fl-Etjopja moderna.
-