-
Lezzjonijiet dwar l-InfedeltàIl-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
6. (a) X’kundizzjonijiet huma prevalenti ġewwa Ġerusalemm? (b) Għala hemm xi wħud li jifirħu, imma x’inhu ġej fil-futur?
6 Ikompli Isaija: “Int li kont mimlija għajat u għagħa, belt ferrieħa? Il-maqtulin tiegħek ma nqatlux bix-xabla, lanqas mietu fil-battalja.” (Isaija 22:2) Kotriet sħaħ ġrew bi ħġarhom lejn il-belt, u din tinsab mimlija konfużjoni. In-nies fit-toroq huma storbjużi u beżgħanin. Iżda, xi wħud minnhom huma ferrieħa, forsi għaliex iħossuhom fis-sigurtà jew għax jemmnu li l-periklu se jgħaddi.a Madankollu, hija bluha li tifraħ f’dan iż-żmien. Ħafna fil-belt se jmutu mewta ferm iktar krudili milli b’xifer is-sejf. Belt assedjata tkun maqtugħa minn sorsi taʼ ikel minn barra. Il-ħażniet taʼ ġewwa l-belt qed jiġu fix-xejn. Nies imġewħin, kollha jgħaffġu fuq xulxin, iġibu ħafna epidemiji. B’hekk, ħafna f’Ġerusalemm se jmutu bil-ġuħ u l-pesti. Dan iseħħ kemm fis-sena 607 Q.E.K. u kemm fis-sena 70 E.K.—2 Slaten 25:3; Lamentazzjonijiet 4:9, 10.b
-
-
Lezzjonijiet dwar l-InfedeltàIl-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
a Fis-sena 66 E.K., ħafna Lhud ferħu meta rtiraw l-eżerċti Rumani li kienu qed jassedjaw lil Ġerusalemm.
-