-
Lezzjonijiet dwar l-InfedeltàIl-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
10. Liema żvilupp huwa sinjal ħażin għall-belt?
10 Isaija jiddeskrivi s-sitwazzjoni li qed tiżviluppa: “L-isbaħ fost widienek mimlija karrijiet, u rikkieba mqassma biswit il-bieb. U hekk l-ilqugħ taʼ Ġuda tneħħa.” (Isaija 22:7, 8a) Karrijiet u żwiemel jimlew il-widien barra l-belt taʼ Ġerusalemm u jħejju ruħhom biex jattakkaw il-bibien tal-belt. X’inhu “l-ilqugħ taʼ Ġuda” li jitneħħa? X’aktarx, huwa xi wieħed mill-bibien tal-belt, li l-qbid tiegħu huwa sinjal ħażin għad-difensuri.c Meta jitneħħa dan l-ilqugħ difensiv, il-belt tinfetaħ beraħ għal dawk li qed jattakkawha.
-
-
Lezzjonijiet dwar l-InfedeltàIl-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
11, 12. L-abitanti taʼ Ġerusalemm jieħdu liema miżuri taʼ difiża?
11 Isaija issa jiffoka fuq kif in-nies jipprovaw jiddefendu ruħhom. L-ewwel li jiġu f’moħħhom huma l-armi! “Dakinhar mortu taraw it-tagħmir tal-gwerra f’Dar il-Foresta, u rajtu kemm kotor it-tiċrit fil-belt taʼ David; ġbartu l-ilma tal-ġiebja t’isfel.” (Isaija 22:8b, 9) L-armi jinħażnu fl-armerija taʼ Dar il-Foresta. Din l-armerija nbniet minn Salamun. Ladarba din inbniet biċ-ċedri tal-Libanu, saret magħrufa bħala “l-palazz tal-foresta tal-Libanu.” (1 Slaten 7:2-5) Jiġi eżaminat it-tiċrit fis-sur. L-ilma jinġabar—miżura importanti għad-difiża. In-nies għandhom bżonn l-ilma biex jgħixu. Mingħajru, ebda belt ma tistaʼ tibqaʼ wieqfa. Iżda, innota li ma jintqal xejn dwar li huma jfittxu lil Jehovah biex jeħlishom. Pjuttost, jistrieħu fuq ir-riżorsi tagħhom stess. Jalla aħna qatt ma nagħmlu dan l-iżball!—Salm 127:1.
-
-
Lezzjonijiet dwar l-InfedeltàIl-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
c Alternattiva oħra hi li “l-ilqugħ taʼ Ġuda” jistaʼ jirreferi għal xi ħaġa oħra li tipproteġi l-belt, bħalma huma l-fortizzi fejn jinħażnu l-armi u jabitaw is-suldati.
-