LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Lezzjonijiet dwar l-​Infedeltà
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • 19, 20. (a) Eljakim kif se juri li hu barka għan-​nies tiegħu? (b) X’se jiġrilhom dawk li jkomplu jfittxu lil Sebna?

      19 Fl-​aħħarnett, Jehovah juża lingwaġġ simboliku biex jiddeskrivi t-​trasferiment taʼ poter minn fuq Sebna għal fuq Eljakim, billi jistqarr: “‘U nwaħħlu [lil Eljakim] bħal musmar maʼ ħajt fis-​sod, u jkun tron glorjuż għal dar missieru. U jdendlu miegħu l-​glorja kollha taʼ dar missieru, il-​friegħi u r-​rimi, it-​tagħmir ċkejken, mill-​bwieqi sal-​ġarar. Dakinhar,’ oraklu tal-​Mulej taʼ l-​eżerċti, ‘iċedi l-​musmar [Sebna] li kien imwaħħal fis-​sod, u titkisser, taqaʼ u titfarrak it-​tagħbija mdendla miegħu, għax il-​Mulej tkellem!’”—Isaija 22:​23-25.

      20 F’dawn il-​versi l-​ewwel musmar huwa Eljakim. Dan se jsir “tron glorjuż” għal dar missieru, Ħilkija. Kuntrarju għal Sebna, hu mhux se jwaqqaʼ fl-​għajb id-​dar jew ir-​reputazzjoni taʼ missieru. Eljakim se jkun appoġġ dejjiemi għat-​tagħmir tad-​dar, jiġifieri, għal oħrajn fis-​servizz tas-​sultan. (2 Timotju 2:​20, 21) B’kuntrast, it-​tieni musmar jirreferi għal Sebna. Għalkemm jistaʼ jidher li qiegħed fis-​sigurtà, hu se jitneħħa. Kulmin ikompli jfittex lilu se jaqaʼ.

  • Lezzjonijiet dwar l-​Infedeltà
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
    • [Stampa f’paġna 239]

      Eljakim jintgħamel “musmar maʼ ħajt fis-​sod” minn Ħeżekija

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja