LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 7/1 pp. 16-20
  • Minn Liema Mejda Qiegħed Tiekol?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Minn Liema Mejda Qiegħed Tiekol?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Nevitaw “[I]l-Mejda Tad-​Demonji”
  • ‘L-​Irsir Fidil’ Iservi L-​Mejda Taʼ Jehovah
  • Attenti Għall-​Ikel Velenuż Taʼ Fuq Il-​Mejda Tad-​Demonji
  • Il-​Mejda Taʼ Jehovah Biss Se Tibqaʼ
  • Werrej
    Stenbaħ!—2024
  • Il-Qawwa taʼ Ġesù fuq id-Demonji
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Tagħlim Divin Kontra Tagħlim tad-Demonji
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Id-Demonji—Kif Nistgħu Nirreżistuhom?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 7/1 pp. 16-20

Minn Liema Mejda Qiegħed Tiekol?

“Ma tistgħux tkunu qegħdin tieħdu sehem mill-​‘mejda taʼ Jehovah’ u mill-​mejda tad-​demonji.”—1 KORINTIN 10:21.

1. Liema mwejjed huma mifruxin quddiemna, u xi twissija jagħti l-​appostlu Pawlu dwarhom?

DAWN il-​kelmiet imnebbħin taʼ l-​appostlu Pawlu juru li hemm żewġ imwejjed figurattivi mpoġġijin quddiem l-​umanità. Kull mejda hija identifikata mix-​xorta taʼ ikel simboliku mqiegħed fuqha, u lkoll kemm aħna qegħdin nieklu minn xi waħda jew oħra. Madankollu, jekk nixtiequ li nogħġbu lil Alla, ma nistgħux inkunu qegħdin nieklu mill-​mejda tiegħu u fl-​istess ħin qegħdin innaqqru mill-​mejda tad-​demonji. L-​appostlu Pawlu wissa: “L-​affarijiet li l-​ġnus jissagrifikaw huma jissagrifikawhom lid-​demonji, u mhux lil Alla; u ma rridkomx issiru sħab mad-​demonji. Ma tistgħux tkunu qegħdin tixorbu mill-​kies taʼ Jehovah u mill-​kies tad-​demonji; ma tistgħux tkunu qegħdin tieħdu sehem mill-​‘mejda taʼ Jehovah’ u mill-​mejda tad-​demonji.”—1 Korintin 10:20, 21.

2. (a) Liema mejda taʼ Jehovah eżistiet fi żmien Iżrael tal-​qedem, u min ħa sehem fis-​sagrifiċċji komunjonali? (b) Xi jfisser li tieħu sehem mill-​mejda taʼ Jehovah illum?

2 Il-​kliem taʼ Pawlu jfakkarna fis-​sagrifiċċji komunjonali li l-​Iżraeliti tal-​qedem offrew taħt il-​Liġi taʼ Jehovah. L-​artal t’Alla kien jissejjaħ mejda, u dak li jġib l-​annimal biex ikun issagrifikat kien jintqal li kien ikollu komunjoni maʼ Jehovah u mal-​qassisin. Kif? L-​ewwel, Jehovah ħa sehem fis-​sagrifiċċju għaliex id-​demm kien imbexxex fuq l-​artal tiegħu u x-​xaħam kien ikkonsmat minn fjammi taʼ taħt l-​artal. It-​tieni, il-​qassis ħa sehem f’li hu (u l-​familja tiegħu) kielu s-​sider u l-​koxxa l-​leminija mixwijin taʼ l-​annimal issagrifikat. U t-​tielet, dak li offra ħa sehem billi kiel il-​kumplament. (Levitiku 7:11-36) Illum, li nieħdu sehem mill-​mejda taʼ Jehovah ifisser li nagħtuh ix-​xorta taʼ qima li hu jirrikjedi, kif muri fl-​eżempju taʼ Ġesù u taʼ l-​appostli tiegħu. Biex nagħmlu dan, irridu nieklu spiritwalment dak li Jehovah jipprovdi permezz tal-​Kelma u taʼ l-​organizzazzjoni tiegħu. L-​Iżraeliti, li gawdew komunjoni speċjali maʼ Jehovah mill-​mejda tiegħu, ġew ipprojbiti li joffru sagrifiċċji lid-​demonji fuq il-​mejda tagħhom. Iżraeliti spiritwali u sħabhom in-​“ngħaġ l-​oħrajn” qegħdin taħt l-​istess projbizzjoni divina.—Ġwann 10:16.

3. Kif jistaʼ xi ħadd isir ħati taʼ li jieħu sehem mill-​mejda tad-​demonji fi żmienna?

3 Kif jistaʼ wieħed isir ħati taʼ li jieħu sehem mill-​mejda tad-​demonji fi żmienna? Billi jaqdi l-​interessi taʼ kwalunkwe ħaġa li hi kontra Jehovah. Il-​mejda tad-​demonji tinkludi l-​propaganda demonika kollha, li hija mfassla biex tqarraq bina u ddawwarna lil hinn minn Jehovah. Min hu dak li se jkun irid jitmaʼ lil qalbu u lil moħħu velenu bħal dan? Il-​Kristjani veri jirrifjutaw li jieħdu sehem fis-​sagrifiċċji li l-​biċċa l-​kbira tan-​nies illum joffru lill-​allat tal-​gwerra u tar-​rikkezzi.—Mattew 6:24.

Nevitaw “[I]l-Mejda Tad-​Demonji”

4. Liema mistoqsija niffaċċjaw ilkoll kemm aħna, u għala m’għandniex konxjament inkunu irridu nieħdu sehem mill-​mejda tad-​demonji?

4 Il-​mistoqsija li lkoll kemm aħna niffaċċjaw hi, Minn liema mejda qiegħed niekol jien? Ma nistgħux naħarbu l-​fatt li aħna obbligati li nieklu minn mejda jew oħra. (Qabbel Mattew 12:30.) Ma rridux konxjament nieħdu sehem mill-​mejda tad-​demonji. Li nagħmlu hekk ikun jiswielna li nitilfu l-​favur taʼ l-​uniku Alla veru u ħaj, Jehovah. Mill-​banda l-​oħra, li nieħdu sehem minn ikel mill-​mejda taʼ Jehovah biss iwassal għall-​ħajja taʼ dejjem tagħna fil-​hena! (Ġwann 17:3) Hemm qawl li jgħid li skond ma wieħed jiekol hekk hu. Kulmin, allura, irid iżomm saħħa fiżika u mentali tajba jrid joqgħod attent għad-​dieta tiegħu. Bħalma l-​ikel mhux sustanzjuż u kollu xaħam, għalkemm ikun imħawwar b’affarijiet kimiċi miżjudin, ma jikkontribwix għal li kontinwament ikollna saħħa fiżika, hekk ukoll il-​propaganda taʼ din id-​dinja mżejna b’ideat demoniċi hija ikel figurattiv, ħażin u bla sustanza li se jikkorrompi l-​imħuħ tagħna.

5.Kif nistgħu nevitaw milli ndaħħlu ġo fina tagħlim tad-​demonji llum?

5 L-​appostlu Pawlu bassar li matul l-​aħħar jiem, in-​nies kellhom jiġu żvijati mit-​“tagħlim tad-​demonji.” (1 Timotew 4:1) Mhux talli tagħlim demoniku bħal dan jinsab fit-​twemmin reliġjuż falz imma huwa wkoll magħruf sew maʼ kullimkien b’modi oħrajn. Per eżempju, jeħtieġ li nanalizzaw u niżnu liema kotba u rivisti naqraw aħna u wliedna, liema programmi televiżivi naraw, u liema reċti u films naraw. (Proverbji 14:15) Jekk sabiex ngħaddu ż-​żmien naqraw xi ktieb taʼ stejjer fittizji, fih dan xi vjolenza bla sens, sess illeċitu, jew prattiċi taʼ l-​okkult? Jekk naqraw materjal taʼ attwalità sabiex niġu istruwiti, jispjega dan fid-​dettall xi filosofija jew mod taʼ ħajja li “mhux skond Kristu”? (Kolossin 2:8) Qegħdin jiġu ppreżentati xi spekulazzjonijiet vojti, jew qiegħed jiġi rrikkmandat xi involviment f’movimenti soċjali dinjin? Qiegħed dan iġib ’il quddiem id-​determinazzjoni biex wieħed jistagħna ħafna? (1 Timotew 6:9) Hija din xi pubblikazzjoni li b’mod sottili tippreżenta tagħlim li jifred u li m’huwiex kif irid Kristu? Jekk it-​tweġiba hija iva u nkomplu naqraw jew naraw materjal bħal dan, qegħdin nirriskjaw li nieklu mill-​mejda tad-​demonji. Illum, hemm mijiet taʼ eluf taʼ pubblikazzjonijiet li jippromwovu filosofiji dinjin li jidhru tant imdawlin u kurrenti. (Ekkleżjasti 12:12) Imma xejn minn din il-​propaganda ma hu tassew ġdid; u lanqas ma jiswa għall-​benefiċċju u t-​titjib taʼ dak li jkun, daqskemm dak li Satana b’mod makakk qal lil Eva ma sewiex għat-​titjib tagħha.—2 Korintin 11:3.

6. Meta Satana jistedinna biex induqu l-​ikel mhux sustanzjuż u demoniku tiegħu, kif għandna, fil-​fatt, inwieġbu?

6 Għalhekk, meta Satana jistedinna biex induqu l-​ikel demoniku u bla sustanza tiegħu, kif għandna nwieġbu? Bħalma għamel Ġesù meta ġie ttantat minn Satana biex ibiddel il-​ġebel f’ħobż. Ġesù wieġeb: “Huwa miktub, ‘Il-​bniedem irid jgħix, mhux fuq il-​ħobż biss, imma fuq kull ħaġa mitkellma li hi ħierġa permezz taʼ fomm Jehovah.’” U meta x-​Xitan offra lil Ġesù “s-​saltniet kollha tad-​dinja u l-​glorja tagħhom” jekk hu jaqaʼ fl-​art u jagħmel att taʼ qima lil Satana, Ġesù wieġeb: “Mur ’l hemm, Satana! Għax huwa miktub, ‘Huwa lil Jehovah Alla tiegħek li trid tqim, u huwa lilu waħdu li trid tagħti servizz sagru.’”—Mattew 4:3, 4, 8-10.

7. Għala nkunu qegħdin nidħku bina nfusna jekk naħsbu li nistgħu nieklu b’suċċess kemm mill-​mejda taʼ Jehovah kif ukoll mill-​mejda tad-​demonji?

7 Il-​mejda taʼ Jehovah u l-​mejda mifruxa mill-​għedewwa demoniċi tiegħu qatt ma jistgħu jaqblu! Tabilħaqq, dan ġie pprovat qabel. Ftakar fl-​Iżraeliti tal-​qedem fi żmien il-​profeta Elija. In-​nies sostnew li jqimu lil Jehovah, imma emmnu li allat oħrajn, bħal Baal, wiegħdu l-​prosperità. Elija avviċina lin-​nies u qal: “Kemm se ddumu zzappu fuq żewġ opinjonijiet differenti? Jekk Jehovah hu l-​veru Alla, morru segwu lilu; imma jekk Baal hu, morru segwu lilu.” Ħadd ma jistaʼ jiċħad li l-​Iżraeliti kienu qegħdin izappu “daqqa fuq sieq u daqqa fuq l-​oħra.” (1 Slaten 18:21; The Jerusalem Bible) Elija sfida lill-​qassisin taʼ Baal biex jagħtu prova tad-​divinità taʼ l-​alla tagħhom. Dak Alla li setaʼ jniżżel nar mis-​sema għal fuq is-​sagrifiċċju kien jagħti prova li hu l-​veru Alla. Minkejja ħafna sforz, il-​qassisin taʼ Baal fallew. Imbagħad Elija sempliċement talab: “O Jehovah, weġibni, biex dan il-​poplu jistaʼ jkun jaf li int, Jehovah, int dak Alla veru.” Immedjatament nar mingħand Jehovah niżel sparat mis-​sema u kkonsma l-​annimal imxarrab għasra tas-​sagrifiċċju. Imqanqlin mill-​wirja konvinċenti tad-​divinità taʼ Jehovah, in-​nies obdew lil Elija u taw il-​mewt lill-​450 profeta kollha taʼ Baal. (1 Slaten 18:24-40) Hekk ukoll illum, irridu nirrikonoxxu lil Jehovah bħala dak Alla veru u b’mod deċiż induru biex nieklu biss mill-​mejda tiegħu jekk mhux diġà għamilna hekk.

‘L-​Irsir Fidil’ Iservi L-​Mejda Taʼ Jehovah

8. Ġesù bassar li kien se juża lil liema rsir biex jitmaʼ lid-​dixxipli tiegħu spiritwalment matul il-​preżenza tiegħu, u x’inhi l-​identità taʼ l-​irsir?

8 Il-​Mulej Ġesù Kristu bassar li matul il-​preżenza tiegħu “rsir fidil u diskret” kellu jipprovdi ikel spiritwali għad-​dixxipli tiegħu: “Hieni hu dak l-​irsir jekk sidu malli jasal isibu jagħmel hekk. Verament ngħidilkom, Hu se jaħtru fuq dak kollu li jippossjedi.” (Mattew 24:45-47) Dan l-​irsir ta prova li hu, mhux xi individwu wieħed, imma l-​klassi taʼ Kristjani ddedikati u midlukin. Din il-​klassi poġġiet fuq il-​mejda taʼ Jehovah l-​ifjen ikel spiritwali kemm għall-​fdal midlukin u kemm għall-​“folla l-​kbira.” Issa l-​folla l-​kbira, li jaqbżu l-​erbaʼ miljuni fil-​għadd, ħadu l-​waqfa tagħhom mal-​fdal midlukin favur is-​sovranità universali taʼ Alla Jehovah u favur is-​Saltna tiegħu li permezz tagħha se jqaddes lill-​isem qaddis tiegħu.—Rivelazzjoni 7:9-17.

9. Liema strument qiegħda tuża l-​klassi taʼ l-​irsir biex tipprovdi ikel spiritwali għax-​Xhieda taʼ Jehovah, u l-​iffesteġġjar spiritwali tagħhom kif inhu deskritt b’mod profetiku?

9 Din il-​klassi leali taʼ l-​irsir ilha tuża l-​Watch Tower Bible and Tract Society biex tipprovdi nutriment spiritwali għax-​Xhieda taʼ Jehovah kollha. Waqt li l-​Kristjaneżmu u l-​bqija taʼ din is-​sistema taʼ affarijiet huma mġewħin minħabba n-​nuqqas taʼ ikel spiritwali li jagħti l-​ħajja, in-​nies taʼ Jehovah qegħdin jiffesteġġjaw. (Amos 8:11) Dan hu bi twettieq tal-​profezija f’​Isaija 25:6: “Jehovah taʼ l-​armati ċertament li se jagħmel għall-​popli kollha, f’din il-​muntanja, bankett taʼ dixxijiet imħawrin tajjeb biż-​żejt, bankett taʼ nbid irraffinat min-​naqal, taʼ dixxijiet imħawrin tajjeb biż-​żejt mimlijin mudullun, taʼ nbid irraffinat min-​naqal, imsoffi.” Kif juru versi 7 u 8, din il-​festa se tkompli għal dejjem. X’barka hi għal kulmin qiegħed fl-​organizzazzjoni viżibbli taʼ Jehovah issa, u x’barka se tkompli tkun fil-​futur!

Attenti Għall-​Ikel Velenuż Taʼ Fuq Il-​Mejda Tad-​Demonji

10. (a) Liema xorta taʼ ikel huwa mqassam mill-​klassi taʼ l-​irsir mill-​agħar, u x’inhu li qiegħed jimmotivahom? (b) Il-​klassi taʼ l-​irsir mill-​agħar kif tittratta lil dawk li qabel kienu rsiera sħabhom?

10 L-​ikel taʼ fuq il-​mejda tad-​demonji huwa velenuż. Ikkunsidra, per eżempju, l-​ikel imqassam mill-​klassi taʼ l-​irsir mill-​agħar u mill-​apostati. M’huwiex nutrittiv jew li jsostni; m’huwiex li jibni. Dan ma jistax ikun, għax l-​apostati waqfu milli jieħdu l-​ikel mill-​mejda taʼ Jehovah. Bħala riżultat, kien x’kien li kienu żviluppaw mill-​personalità l-​ġdida spiċċa. Dak li jimmotivahom, m’huwiex l-​ispirtu qaddis, imma hu mrar li jherri. Huma ossessjonati biss b’mira waħda​—li jaħqru lill-​irsiera li qabel kienu sħabhom, kif bassar Ġesù.—Mattew 24:48, 49.

11. C. T. Russell x’kiteb inkwantu għall-​għażla taʼ ikel spiritwali taʼ dak li jkun, u kif iddeskriva lil dawk li jabbandunaw il-​mejda taʼ Jehovah?

11 Per eżempju, lura mhux ħażin fl-​1909, dak li dak in-​nhar kien il-​president tal-​Watch Tower Society, C. T. Russell, kiteb dwar dawk li daru lil hinn mill-​mejda taʼ Jehovah u mbagħad bdew jittrattaw ħażin lil dawk li qabel kienu rsiera sħabhom. The Watch Tower taʼ l-​1 t’Ottubru, 1909, qal: “Dawk kollha li jinqatgħu minn mas-​Soċjetà u mix-​xogħol tagħha, minflok ma huma nfushom qegħdin jipprosperaw jew jibnu lil oħrajn fil-​fidi u fil-​grazzji taʼ l-​ispirtu, jidhru li qegħdin jagħmlu l-​kontra​—jagħmlu attentat biex jagħmlu ħsara lill-​Kawża li darba huma kienu jaqdu, u, bi ftit jew wisq ħoss, bil-​mod il-​mod jisparixxu, billi jagħmlu ħsara biss lilhom infushom u lil oħrajn li huma ppossessati minn spirtu ġelliedi bħal dan. . . . Jekk xi wħud jaħsbu li jistgħu jiksbu ikel tajjeb daqstant jew aħjar minn imwejjed oħrajn, jew li jistgħu jipproduċu daqstant tajjeb jew aħjar għalihom infushom​—ħallihom jagħmlu li jridu. . . . Imma waqt li aħna lesti li nħallu lill-​oħrajn imorru fejn iridu u fejn jogħġobhom biex isibu ikel u dawl għas-​sodisfazzjon tagħhom, ħaġa taʼ l-​iskantament, dawk li jsiru l-​opponenti tagħna jieħdu korsa differenti ferm. Minflok ma jgħidu bl-​attitudni taʼ rġulija tad-​dinja, ‘Jien sibt xi ħaġa li nippreferi; saħħa!’ dawn juru rabja, malizzja, mibgħeda, ġlied, ‘xogħlijiet tal-​laħam u tax-​xitan’ li bħalhom lanqas in-​nies tad-​dinja qatt ma rajniehom juru. Jidhru qishom tahom tal-​ġenn, idrofobija Satanika. Xi wħud minnhom jinsulentawna u mbagħad isostnu li konna aħna li nsulentajniehom. Huma lesti li jiktbu affarijiet foloz taʼ disprezz u jaqgħu fil-​baxx f’li jwettqu kattiverji.”

12. (a) L-​apostati kif isawtu lill-​irsiera sħabhom? (b) Għala huwa perikoluż li minħabba l-​kurżità tiekol mill-​kitbiet taʼ apostati?

12 Iva, l-​apostati jippubblikaw letteratura li tirrikorri għal tgħawwiġ, nofs veritajiet, u gideb sfaċċat. Huma saħansitra jinkarigaw nies apposta waqt il-​konvenzjonijiet tax-​Xhieda, attenti biex jonsbu lil dawk li jkunu aljenati. Għalhekk, tkun ħaġa perikoluża li nħallu l-​kurżità tagħna tqanqalna biex nieklu minn kitbiet bħal dawn jew nisimgħu l-​paroli kollu abbuż tagħhom! Waqt li forsi ma naħsbux li huwa taʼ riskju għalina personalment, il-​periklu jibqaʼ. Għala? L-​ewwel ħaġa, xi ftit mil-​letteratura apostata tippreżenta gideb permezz taʼ “diskors melliesi” u “kliem qarrieqi.” (Rumani 16:17, 18; 2 Pietru 2:3) X’tistaʼ tistenna mill-​mejda tad-​demonji? U għalkemm l-​apostati jistgħu jippreżentaw ukoll ċerti fatti, dawn ġeneralment huma meħudin barra mill-​kuntest bil-​mira li jiġbdu lil oħrajn ’il bogħod mill-​mejda taʼ Jehovah. Il-​kitbiet kollha tagħhom sempliċement jikkritikaw u jkissru! Xejn ma jibni.

13, 14. X’inhu l-​frott taʼ l-​apostati u tal-​propaganda tagħhom?

13 Ġesù qal: “Mill-​frott tagħhom se tagħrfuhom.” (Mattew 7:16) X’inhu, issa, il-​frott taʼ l-​apostati u l-​pubblikazzjonijiet tagħhom? Erbaʼ affarijiet jimmarkaw il-​propaganda tagħhom. (1) Il-​makakkerija. Efesin 4:14 jgħid li huma ‘makakki fl-​ippjanar taʼ l-​iżball.’ (2) L-​intelliġenza mimlija kburija. (3) In-​nuqqas taʼ mħabba. (4) Id-​diżonestà f’diversi forom. Dawn huma l-​istess ingredjenti taʼ l-​ikel li qiegħed fuq il-​mejda tad-​demonji, li kollu kemm hu huwa ddisinnjat biex jherri l-​fidi tan-​nies taʼ Jehovah.

14 U hemm aspett ieħor. L-​apostati lejn liema ħaġa reġgħu lura? F’ħafna każi, daħlu mill-​ġdid fid-​dlam tal-​Kristjaneżmu u d-​duttrini tiegħu, bħalma hu t-​twemmin li l-​Kristjani kollha jmorru fis-​sema. Barra minn hekk, il-​biċċa l-​kbira m’għadhomx jieħdu waqfa Skritturali soda rigward id-​demm, in-​newtralità, u l-​ħtieġa li jagħtu xiehda dwar is-​Saltna t’Alla. Aħna, iżda, ħrabna mid-​dlam taʼ Babilonja l-​Kbira, u qatt ma rridu nerġgħu lura lejh. (Rivelazzjoni 18:2, 4) Bħala qaddejja leali taʼ Jehovah, għala għandna saħansitra nkunu rridu nittawlu fil-​propaganda maħruġa mingħand dawn li ċaħdu l-​mejda taʼ Jehovah u li issa b’mod verbali qegħdin isawtu lil dawk li qegħdin jgħinuna ndaħħlu ġewwa fina “kliem mimli saħħa”?—2 Timotew 1:13.

15. Liema prinċipju Bibliku jgħinna biex nieħdu l-​korsa għaqlija meta nisimgħu dwar l-​akkużi li jagħmlu l-​apostati?

15 Xi wħud jistgħu jkunu kurjużi dwar l-​akkużi li jagħmlu l-​apostati. Imma għandna naħsbu serjament dwar il-​prinċipju f’Dewteronomju 12:30, 31. Hawn Jehovah permezz taʼ Mosè wissa lill-​Iżraeliti dwar x’kellhom jevitaw hekk kif daħlu flok l-​abitanti pagani taʼ l-​Art Imwiegħda. “Għasses għalik innifsek li ma tmurx tidħol fin-​nassa warajhom, wara li ġew meqrudin għalkollox minn quddiemek, u li ma tmurx tistħarreġ dwar l-​allat tagħhom, billi tgħid, ‘Kif kien li dawn il-​ġnus kienu jaqdu lill-​allat tagħhom? U jien, iva, jien, se nagħmel l-​istess ħaġa.’ Ma tridx tagħmel dik il-​ħaġa lil Jehovah Alla tiegħek.” Iva, Alla Jehovah jaf kif taħdem il-​kurżità umana. Ftakar f’Eva, u wkoll f’mart Lot! (Luqa 17:32; 1 Timotew 2:14) Ejjew qatt ma nagħtu widen għal dak li qegħdin jgħidu jew jagħmlu l-​apostati. Minflok, ejjew inkunu bil-​bżulija qegħdin nibnu n-​nies u lealment nieklu mill-​mejda taʼ Jehovah!

Il-​Mejda Taʼ Jehovah Biss Se Tibqaʼ

16. (a) F’qasir żmien x’se jiġri minn Satana, mid-​demonji tiegħu, u mill-​mejda figurattiva li minnha l-​ġnus tad-​dinja kienu u għadhom jieklu? (b) X’se jiġri lill-​bnedmin kollha li jkomplu jieklu mill-​mejda tad-​demonji?

16 F’qasir żmien, it-​tribulazzjoni l-​kbira se tfaqqaʼ f’daqqa, billi tgħaddi malajr għall-​quċċata fil-​“gwerra tal-​jum il-​kbir t’Alla li Jistaʼ Kollox.” (Rivelazzjoni 16:14, 16) Se tilħaq l-​ogħla grad hekk kif Jehovah jeqred lil din is-​sistema taʼ affarijiet u l-​mejda figurattiva li minnha kienu u għadhom jieklu l-​ġnus tad-​dinja. Jehovah se jegħleb ukoll lill-​organizzazzjoni inviżibbli kollha kemm hi taʼ Satana x-​Xitan bil-​gzuz taʼ demonji tagħha. Dawk li komplew jieklu mill-​mejda spiritwali taʼ Satana, il-​mejda tad-​demonji, se jiġu sfurzati biex jattendu ikla litterali, le, mhux bħala wħud li jieħdu sehem, imma bħala l-​ikla prinċipali​—għall-​qerda tagħhom!​—Ara Eżekjel 39:4; Rivelazzjoni 19:17, 18.

17. Liema barkiet jiġu għal dawk li jieklu esklussivament mill-​mejda taʼ Jehovah?

17 Il-​mejda taʼ Jehovah biss se tibqaʼ. Dawk li b’apprezzament qegħdin jieklu minnha se jiġu ppreservati u se jkunu pprivileġġjati li jieklu hemm għal dejjem. Qatt iktar ma se jiġu mheddin bi kwalunkwe xorta taʼ nuqqas taʼ ikel. (Salm 67:6; 72:16) F’saħħa perfetta huma se jaqdu lil Alla Jehovah fil-​Ġenna! Fl-​aħħar il-​kliem li jqanqal taʼ Rivelazzjoni 21:4 se jiġi mwettaq b’mod taʼ l-​għaġeb: “Se jimsaħ għalkollox kull demgħa minn għajnejhom, u l-​mewt mhix se tkun iżjed, u la għali u la għajjat u lanqas uġigħ ma jkunu iżjed. L-​affarijiet taʼ qabel għaddew.” Bl-​oppożizzjoni bħala xi ħaġa taʼ l-​imgħoddi, is-​sovranità universali t’Alla Jehovah se tkun aċċettata kullimkien għal dejjem taʼ dejjem hekk kif favuri divini bla tmiem igelglu fuq l-​umanità mifdija li tkun qiegħda tokkupa l-​art magħmula Ġenna. Biex niksbu dan il-​premju, ejjew ilkoll kemm aħna nkunu ddeterminati li nieħdu sehem esklussivament mill-​mejda taʼ Jehovah, li qiegħda tfur bl-​aqwa ikel spiritwali! (w94 7/1)

Kif Twieġeb Int?

◻ Kif nistgħu nevitaw li niġu żvijati minn tagħlim demoniku?

◻ Għala ma nistgħux b’suċċess nieklu kemm mill-​mejda taʼ Jehovah kif ukoll mill-​mejda tad-​demonji?

◻ Liema xorta taʼ ikel jiġi mqassam mill-​apostati?

◻ Għala huwa perikoluż li tkun kurjuż dwar l-​akkużi taʼ l-​apostati?

◻ X’inhu l-​frott taʼ l-​apostati?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja