-
Is-Sultan u l-Prinċpijiet TiegħuIl-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
5-7. Il-“prinċpijiet” imbassrin liema rwol għandhom fil-merħla t’Alla?
5 Madankollu, sakemm iddum teżisti din id-dinja mimlija mibegħda, il-membri tal-kotra kbira għandhom bżonn il-protezzjoni. Fil-parti l-kbira din tiġi provduta mill-“prinċpijiet” li “jaħkmu bis-sewwa.” X’arranġament grandjuż! Dawn il-“prinċpijiet” jiġu deskritti aħjar fil-kliem imqanqal tal-profezija taʼ Isaija: “Kull wieħed ikun bħal ilqugħ għar-riħ, u kenn fit-tempesta, bħal swieqi taʼ l-ilma f’art niexfa, bħal dell taʼ blata kbira fuq art imħeddla.”—Isaija 32:2.
6 Preċiż issa f’dan iż-żmien taʼ niket mad-dinja kollha, hemm il-bżonn taʼ “prinċpijiet,” iva, anzjani li ‘jieħdu ħsieb il-merħla kollha,’ billi jindokraw lin-nagħaġ taʼ Jehovah u jamministraw is-sewwa skond il-prinċipji taʼ tjieba taʼ Jehovah. (Atti 20:28) Dawn il-“prinċpijiet” irid ikollhom ħajjithom fi qbil mal-kwalifiki spjegati fl-1 Timotju 3:2-7 u Titu 1:6-9.
7 Fil-profezija kbira tiegħu li tiddeskrivi “tmiem id-dinja” mimli niket, Ġesù qal: “Iftħu għajnejkom u titħawwdu [jew, tibżgħu] xejn.” (Mattew 24:3-8) Is-segwaċi taʼ Ġesù għala ma jibżgħux minkejja l-kundizzjonijiet perikolużi li hawn fid-dinja llum? Raġuni waħda hi li l-“prinċpijiet”—kemm jekk huma midlukin u kemm jekk “nagħaġ oħra”—qegħdin jipproteġu l-merħla lealment. (Ġwann 10:16) Bla biżaʼ, huma jieħdu ħsieb ħuthom, saħansitra meta dawn iħabbtu wiċċhom m’affarijiet orribbli bħalma huma l-gwerer bejn ir-razez u l-qtil taʼ razez sħaħ. F’dinja li hi mifnija spiritwalment, huma jieħdu ħsieb li erwieħ dipressi jiġġeddu u jinbnew bil-veritajiet tal-Kelma t’Alla, il-Bibbja.
8. Jehovah kif qed iħarreġ u juża l-“prinċpijiet” li huma min-nagħaġ oħra?
8 Matul il-50 sena li għaddew, il-“prinċpijiet” saru jidhru iktar. “Prinċpijiet” li huma min-nagħaġ oħra qegħdin jitħarrġu bħala klassi f’din il-kariga li qed tiżviluppa sabiex, wara t-tribulazzjoni l-kbira, uħud kwalifikati minn fosthom se jkunu lesti għal ħatra biex jaqdu fit-tmexxija fl-“art ġdida.” (Eżekjel 44:2, 3; 2 Pietru 3:13) Billi jipprovdu gwida u tisħiħ spiritwali waqt li jkunu minn taʼ quddiem fis-servizz tas-Saltna, dawn qegħdin juru li huma “bħal dell taʼ blata kbira,” waqt li jġibu serħan lill-merħla fil-qasam fejn din tqim lil Alla.b
9. Liema kundizzjonijiet juru li l-“prinċpijiet” huma meħtiġin illum?
9 F’dawn l-aħħar jiem perikolużi tad-dinja mill-agħar taʼ Satana, il-Kristjani dedikati għandhom bżonn il-protezzjoni iktar minn qatt qabel. (2 Timotju 3:1-5, 13) Qegħdin jonfħu rjieħ qawwijin taʼ duttrina falza u xnigħat mgħawġa. Hemm maltempati li qegħdin fl-aqwa tagħhom fl-għamla taʼ gwerer bejn il-ġnus u gwerer ċivili, kif ukoll attakki diretti kontra l-adoraturi leali t’Alla Jehovah. F’dinja niexfa qoxqox minħabba nixfa spiritwali, il-Kristjani għandhom bżonn kbir taʼ l-ilma tal-verità li jgelgel safi u pur sabiex jaqtgħu l-għatx spiritwali li għandhom. B’ferħ, Jehovah wiegħed li s-Sultan tiegħu li għandu r-riedni f’idejh, permezz taʼ ħutu l-midlukin u “prinċpijiet” min-nagħaġ oħra li jappoġġawhom, se jipprovdi inkuraġġiment u gwida lil uħud dipressi u skuraġġiti f’dan iż-żmien taʼ bżonn. B’hekk, Jehovah se jieħu ħsieb li dak li hu taʼ tjieba u ġust se jirbaħ.
-
-
Is-Sultan u l-Prinċpijiet TiegħuIl-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
[Stampa f’paġna 333]
Kull ‘prinċep’ hu bħal ilqugħ għar-riħ, kenn fit-tempesta, ilma f’art niexfa, u dell mix-xemx
-