-
Premjata l-Fidi taʼ SultanIl-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
28. Ħeżekija liema żball fil-ġudizzju jagħmel xi żmien wara li jitfejjaq mirakolożament?
28 Għalkemm leali, Ħeżekija hu imperfett. Hu jagħmel żball serju fil-ġudizzju xi żmien wara li jitfejjaq minn Jehovah. Jispjega Isaija: “Dak iż-żmien Merodak-baladan bin Baladan, sultan taʼ Babilonja, bagħat ittra u rigal lil Ħeżekija, għax kien samaʼ li Ħeżekija kien marad u fieq. Ħeżekija feraħ bihom u wriehom id-dar tat-teżor, il-fidda u d-deheb, il-fwejjaħ u ż-żejt fin, l-armerija u kull ma kien jinsab fl-imħażen tiegħu; ma kien hemm xejn f’daru u f’saltnatu, li Ħeżekija ma wrihomlhomx.”—Isaija 39:1, 2.b
29. (a) X’jistaʼ jkun il-motiv taʼ Ħeżekija meta juri l-għana tiegħu lid-delegazzjoni Babiloniża? (b) X’se jkunu l-konsegwenzi taʼ l-iżball fil-ġudizzju li jagħmel Ħeżekija?
29 Saħansitra wara t-telfa qerrieda permezz taʼ l-anġlu taʼ Jehovah, l-Assirja tkompli tkun taʼ theddida għal bosta ġnus, inkluż Babilonja. Forsi Ħeżekija ried jimpressjona lis-sultan taʼ Babilonja bħala wieħed li fil-futur għandu mnejn ikun l-alleat tiegħu. Madankollu, Jehovah ma jridx li l-abitanti taʼ Ġuda jissieħbu maʼ l-għedewwa tagħhom; hu jridhom jafdaw fih! Permezz tal-profeta Isaija, Jehovah jirrivelalu l-futur lil Ħeżekija: “Ara, għad jiġi żmien li jinġarr f’Babilonja kull ma jinsab f’darek u kull ma ħażnu s’issa missirijietek! Ma jifdal xejn. . . . U minn fost uliedek li għad joħorġu minnek, li int għad tnissel, jittieħdu u jkunu ewnuki fil-palazz tas-sultan taʼ Babilonja.” (Isaija 39:3-7) Iva, dak l-istess ġens li Ħeżekija pprova jimpressjonah maż-żmien kien se jisraq it-teżori taʼ Ġerusalemm u jitfaʼ liċ-ċittadini tagħha fil-jasar. Il-fatt li Ħeżekija juri t-teżor tiegħu lill-Babiloniżi jservi biss biex ikompli jħajjarhom jixxennqu għalih b’regħba kbira.
30. Ħeżekija kif wera attitudni tajba?
30 Milli jidher waqt li jirreferi dwar meta Ħeżekija wera t-teżor tiegħu lill-Babiloniżi, it-2 Kronaki 32:26 jgħid: “Imma Ħeżekija umilja ruħu mill-kburija taʼ qalbu, hu u miegħu n-nies taʼ Ġerusalemm, u l-korla tal-Mulej ma laħqithomx fi żmien Ħeżekija.”
-
-
Premjata l-Fidi taʼ SultanIl-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
-
-
b Wara t-telfa taʼ Sanħerib, il-ġnus taʼ madwaru ġabu għotjiet taʼ deheb, fidda, u affarijiet prezzjużi oħrajn lil Ħeżekija. Fit-2 Kronaki 32:22, 23, 27, naqraw li “Ħeżekija kellu għana u ġieħ kbir” u li “dan għola ħafna f’għajnejn il-ġnus.” Dawn l-għotjiet forsi ppermettewlu jerġaʼ jimla t-teżor tiegħu, wara li kien battlu biex iħallas il-ħaraġ lill-Assirjani.
-