-
Bàruk—Is-Segretarju Leali taʼ ĠeremijaIt-Torri tal-Għassa—2006 | Awwissu 15
-
-
Barra minn hekk, ir-rakkont f’Ġeremija kapitlu 36, li se nikkunsidrawh fid-dettall, jagħtina l-impressjoni li Bàruk kellu aċċess għall-kunsillieri tas-sultan u kellu l-permess juża s-sala tal-pranzu, jew il-kamra tal-kabinett, taʼ Gemarija, li kien prinċep jew xi uffiċjal. L-istudjuż tal-Bibbja James Muilenberg jagħti raġuni għal din l-opinjoni: “Bàruk setaʼ jidħol fil-kamra tal-kabinett taʼ l-iskriba għaliex kellu dritt u hu nnifsu kien wieħed mill-uffiċjali rjali li kienu nġabru flimkien għall-okkażjoni kruċjali tal-qari pubbliku taʼ l-iskroll. Hu kien fost il-kollegi tiegħu.”
-
-
Bàruk—Is-Segretarju Leali taʼ ĠeremijaIt-Torri tal-Għassa—2006 | Awwissu 15
-
-
Sabiex jinkitbu t-twissijiet li kienu ngħataw matul it-23 sena taʼ qabel kien hemm bżonn iż-żmien, u forsi Ġeremija kien qed jistenna wkoll iż-żmien adattat. Imma f’Novembru jew Diċembru tas-sena 624 Q.E.K., bil-qlubija Bàruk “qara mill-ktieb f’widnejn il-poplu kollu l-kliem taʼ Ġeremija f’dar il-Mulej, fil-kamra taʼ Gemarija.”—Ġeremija 36:8-10.
-