-
“Obdi, Jekk Jogħġbok, Minn Leħen Ġeħova”Il-Kelma t’Alla Għalina Permezz taʼ Ġeremija
-
-
12. L-anzjani kultant xi jkollhom jagħmlu biex jipproteġu l-kongregazzjoni?
12 Ħafna Lhud ħarsu b’disprezz lejn l-għajnuna li offra Ġeħova darba wara l-oħra permezz taʼ Ġeremija. Bl-istess mod, wieħed li jkun ħati taʼ dnub serju llum għandu mnejn ma jindimx u jiċħad l-għajnuna tal-anzjani. F’dan il-każ, l-anzjani jkollhom isegwu d-direzzjoni Skritturali biex jipproteġu l-kongregazzjoni billi jaqtgħu lill-midneb mis-sħubija. (1 Kor. 5:11-13; ara l-kaxxa “Ħajja Mingħajr Liġi,” f’paġna 73.) Imma jfisser dan li m’hemmx tama għalih u li qatt ma jistaʼ jerġaʼ jikseb il-favur taʼ Ġeħova? Le. L-Iżraelin kienu ilhom ribellużi; xorta waħda Alla qal: “Erġgħu lura, ulied ribelli. Jien infejjaqkom mill-qagħda ribelluża li tinsabu fiha.” (Ġer. 3:22)a Ġeħova jistieden lill-midinbin biex jerġgħu lura għandu. Tabilħaqq, hu jidderiġihom biex jagħmlu dan.
-
-
“Obdi, Jekk Jogħġbok, Minn Leħen Ġeħova”Il-Kelma t’Alla Għalina Permezz taʼ Ġeremija
-
-
a Hawnhekk Ġeħova kien qed ikellem lis-saltna t’Iżrael tat-Tramuntana. In-nies taʼ dik is-saltna t’għaxar tribujiet kienu ilhom fl-eżilju għal xi 100 sena meta Ġeremija wassal dan il-messaġġ. Hu għaraf li sa żmienu, dak il-ġens kien għadu ma nidimx. (2 Slat. 17:16-18, 24, 34, 35) Minkejja dan, individwi setgħu jerġgħu lura għall-favur t’Alla u saħansitra jerġgħu lura mill-eżilju.
-