LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Profeziji Li Seħħew
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
    • 22. Fi profezija li għandha x’⁠taqsam mal-marċ tal-qawwiet dinjin, liema qawwa dinjija oħra kienet ipprofetizzata?

      22 F’⁠Danjel kapitlu 7, viżjoni kemmxejn simili wkoll ħarset ’⁠il bogħod fll-futur. Il-qawwa dinjija Babilonjana kienet iffigurata minn iljun, il-Persjana minn ors, u l-Griega minn lijupard b’⁠erba’ ġwienaħ fuq daharu u erbat irjus. Imbagħad, Danjel jara bhima selvaġġa oħra, “tal-biżaʼ u terribbli u b’⁠saħħitha mhux tas-soltu . . . , u kellha għaxart iqran.” (Danjel 7:​2-7) Din ir-raba bhima selvaġġa ffigurat bil-quddiem lill-Imperu Ruman taʼ qawwa kbira, li beda jiżżviluppa madwar tliet sekli wara li Danjel kiteb din il-profezija.

  • Profeziji Li Seħħew
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
    • 24, 25. (a) Il-għaxart iqran tal-bhima selvaġġa kif għamlu d-dehra tagħhom? (b) Danjel ra bil-quddiem liema taqbida bejn l-iqran tal-bhima selvaġġa?

      24 Xi ngħidu, iżda, dwar il-għaxart iqran taʼ din il-bhima immensa? L-anġlu qal: “U inkwantu għall-għaxart iqran, minn ġo dik is-saltna hemm għaxar slaten li se jqumu; u jerġaʼ wieħed ieħor se jqum warajhom, u hu nnifsu se jkun differenti minn dawk tal-ewwel, u lil tliet slaten se jumilja.” (Danjel 7:24) Dan kif seħħ?

      25 Sewwa, meta l-Imperu Ruman beda sejjer mill-ħażin għall-agħar fil-ħames seklu E.K., postu ma tteħidx mill-ewwel minn qawwa dinjija oħra. Minflok, spiċċa f’⁠għadd taʼ saltniet, “għaxar slaten.” Fl-aħħarnett, l-Imperu Britanniku għeleb lit-tliet imperi rivali taʼ Spanja, Franza, u l-Olanda biex isir l-akbar qawwa dinjija. B’⁠hekk il-‘qarn’ ġdid umilja lil “tliet slaten.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja