-
Ipprova Ara lill-Oħrajn Kif Jarahom JehovahIt-Torri tal-Għassa—2003 | Marzu 15
-
-
5. Liema inkarigu ngħata Ġona, u kif irreaġixxa?
5 Ġona qeda bħala profeta għal Iżrael, is-saltna tat-tramuntana, fi żmien is-sultan Ġerobogħam II, bin Ġowas. (2 Slaten 14:23-25) Darba waħda, Jehovah ikkmanda lil Ġona biex jitlaq minn Iżrael u jmur Ninwè, il-belt kapitali taʼ l-Imperu setgħani taʼ l-Assirja. X’kien l-inkarigu tiegħu? Li jwissi lin-nies taʼ dak il-post illi l-belt kbira tagħhom kienet se tinqered. (Ġona 1:1, 2) Minflok ma segwa d-direzzjoni t’Alla, Ġona ħarab ’l hemm! Hu telaʼ fuq ġifen li kien sejjer Tarsis, ’il bogħod minn Ninwè.—Ġona 1:3.
-
-
Ipprova Ara lill-Oħrajn Kif Jarahom JehovahIt-Torri tal-Għassa—2003 | Marzu 15
-
-
9. Meta l-baħrin kienu se jmutu minħabba maltempata qawwija, liema kwalitajiet wera Ġona?
9 Ġona ma riedx jobdi l-kmand taʼ Jehovah, u rikeb fuq ġifen li ħadu ’l bogħod ħafna mill-inkarigu tiegħu. Madankollu, Jehovah ma qatax qalbu mill-profeta tiegħu jew għażel lil xi ħadd ieħor floku. Minflok, Jehovah aġixxa biex iġib lil Ġona f’sensih. Alla qajjem maltempata qawwija fuq il-baħar. Il-mewġ beda jitfaʼ l-ġifen li kien fuqu Ġona ’l hawn u ’l hemm. Irġiel innoċenti kienu se jmutu, kollu tort taʼ Ġona! (Ġona 1:4) Kif kien se jirreaġixxi Ġona? Billi ma riedx li l-baħrin fuq il-ġifen jitilfu ħajjithom minħabba fih, Ġona qalilhom: “Aqbduni u ixħtuni l-baħar . . . u l-baħar jikkwitalkom.” (Ġona 1:12) Hu ma kellu l-ebda bażi biex jaħseb li meta l-baħrin fl-aħħar veru tefgħuh il-baħar, Jehovah kien se jsalvah. (Ġona 1:15) Madankollu, Ġona kien lest li jħallas prezz għoli sabiex il-baħrin ma jmutux. Ma narawx hawnhekk li hu wera l-kwalitajiet tal-kuraġġ, l-umiltà, u l-imħabba?
-