-
Tgħallem mill-Iżbalji TiegħuImita l-Fidi Tagħhom
-
-
12. (a) Għala m’għandniex inkunu ħfief biex niġġudikaw lil Ġona talli raqad waqt it-tempesta? (Ara wkoll in-nota taʼ taħt.) (b) Ġeħova kif irrivela l-kaġun tas-saram li nqalaʼ?
12 Peress li ħass li ma setaʼ jagħmel xejn biex jagħti daqqa t’id, Ġona niżel taħt il-gverta tal-bastiment u sab rokna fejn jimtedd. Hemmhekk marret għajnu bih u raqad raqda fil-fond.b Il-kaptan sab lil Ġona, qajmu mir-raqda, u ħeġġu jitlob lill-alla tiegħu, kif kien qed jagħmel kulħadd. Konvinti li kien hemm xi ħaġa sopranaturali dwar din it-tempesta, il-baħħara tefgħu x-xorti biex jaraw min fost dawk abbord setaʼ kien il-kaġun taʼ dan is-saram. Bla ebda dubju, qalb Ġona għamlet tikk hekk kif bix-xorti beda jiġi eliminat raġel wara ieħor. Iż-żejt malajr telaʼ f’wiċċ l-ilma. Ġeħova kien qed jidderieġi t-tempesta, kif ukoll ix-xorti, lejn raġel wieħed—Ġona!—Aqra Ġona 1:5-7.
-
-
Tgħallem mill-Iżbalji TiegħuImita l-Fidi Tagħhom
-
-
b Is-Settanta tenfasizza kemm kienet fil-fond ir-raqda taʼ Ġona billi tgħid li beda jonħor. Madankollu, sabiex ma nikkonkludux li Ġona raqad minħabba li ma kienx jimpurtah minn x’setaʼ jiġri lilu u lil ħaddieħor, tajjeb inżommu f’moħħna li kultant dawk li jkollhom qalbhom sewda ferm jinħakmu minn ngħas kbir. Matul is-sigħat agonizzanti taʼ Ġesù fil-ġnien tal-Ġetsemani, Pietru, Ġakbu, u Ġwanni kienu qed “jonogħsu minħabba n-niket.”—Lq. 22:45.
-