LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Kemm Baqgħalhom in-Nies mill-Agħar?
    It-Torri tal-Għassa—2000 | Frar 1
    • 9 Ħabakkuk jagħti widen b’attenzjoni kbira għall-​kliem li kompla jgħidlu Alla, li nsibuh f’Ħabakkuk 1:​6-11. Dan hu l-​messaġġ taʼ Jehovah—u l-​ebda alla falz jew idolu bla ħajja ma jistaʼ jagħmel xi ħaġa biex iwaqqaf it-​twettiq tiegħu: “Għax, ara, jiena nqajjem il-​Kaldin, il-​ġens qalil li jaħbat għal kulħadd, u jaqsam l-​art fil-​wisaʼ kollu tagħha, jaħtaf imkejjen mgħammra m’humiex tiegħu. Hu ġens li jwerwer, taʼ min jibżaʼ minnu; il-​ħaqq u l-​qerda skond kif jidhirlu hu. Iż-​żwiemel tiegħu eħfef mil-​ljupardi, eħrex mil-​lpup taʼ filgħaxija ħorox. Ilebbtu r-​rikkieba tiegħu, ġejjin mill-​bogħod ir-​rikkieba tiegħu, itiru b’ħeffa t’ajkla tfittex l-​ikel. Lkoll kemm huma ġejjin għall-​vjolenza, il-​biżaʼ taʼ dehrithom jasal qabilhom [“wiċċhom jiblaʼ bħar-​riħ ilvant,” KŻ]; il-​priġunieri jiġimgħuhom daqs ir-​ramel. Dal-ġens iwaqqaʼ s-​slaten għaż-​żuffjett, jidħak bil-​prinċpijiet, jiddieħak b’kull fortizza, u jtallaʼ gzuz taʼ terrapien u lilha jieħu! Mbagħad jonfoħ bħar-​riħ u jibqaʼ għaddej, dal-ħati li qawwietu [‘jafha lil,’ NW] alla tiegħu!”

  • Kemm Baqgħalhom in-Nies mill-Agħar?
    It-Torri tal-Għassa—2000 | Frar 1
    • 11. Int kif tiddeskrivi l-​mod kif il-​qawwiet Babiloniżi telgħu kontra Ġuda?

      11 Iż-żwiemel taʼ Babilonja huma iktar ilventi mil-​ljupardi ħfief. Il-​kavallerija tagħha hija eħrex mill-​ilpup imġewħin li jikkaċċjaw bil-​lejl. Billi jinsabu fuq ix-​xwiek biex jitilqu, ir-​‘rikkieba tagħha jlebbtu’ bla paċenzja. Minn Babilonja, li tinsab ’il bogħod, dawn jerħulha għal Ġuda. Filwaqt li jtiru bħal ajkla li qed ittir bil-​ħeffa lejn ikla tajba, il-​Kaldin dalwaqt se jaqbżu fuq il-​priża tagħhom. Se jkun dan biss assalt, sempliċement attakk minn ftit suldati? Dażgur li le! “Lkoll kemm huma ġejjin għall-​vjolenza,” bħal qatgħa ġganteska li tinġabar biex tagħmel ħerba. B’wiċċhom jixgħel tant kemm huma ħerqanin, isuqu għan-​naħa tal-​punent lejn Ġuda u Ġerusalemm, għaddejjin b’ħeffa daqs ir-​riħ mil-​lvant. Il-​qawwiet Babiloniżi tant iġorru priġunieri li qegħdin “jiġimgħuhom daqs ir-​ramel.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja