LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Kemm Baqgħalhom in-Nies mill-Agħar?
    It-Torri tal-Għassa—2000 | Frar 1
    • 9 Ħabakkuk jagħti widen b’attenzjoni kbira għall-​kliem li kompla jgħidlu Alla, li nsibuh f’Ħabakkuk 1:​6-11. Dan hu l-​messaġġ taʼ Jehovah—u l-​ebda alla falz jew idolu bla ħajja ma jistaʼ jagħmel xi ħaġa biex iwaqqaf it-​twettiq tiegħu: “Għax, ara, jiena nqajjem il-​Kaldin, il-​ġens qalil li jaħbat għal kulħadd, u jaqsam l-​art fil-​wisaʼ kollu tagħha, jaħtaf imkejjen mgħammra m’humiex tiegħu. Hu ġens li jwerwer, taʼ min jibżaʼ minnu; il-​ħaqq u l-​qerda skond kif jidhirlu hu. Iż-​żwiemel tiegħu eħfef mil-​ljupardi, eħrex mil-​lpup taʼ filgħaxija ħorox. Ilebbtu r-​rikkieba tiegħu, ġejjin mill-​bogħod ir-​rikkieba tiegħu, itiru b’ħeffa t’ajkla tfittex l-​ikel. Lkoll kemm huma ġejjin għall-​vjolenza, il-​biżaʼ taʼ dehrithom jasal qabilhom [“wiċċhom jiblaʼ bħar-​riħ ilvant,” KŻ]; il-​priġunieri jiġimgħuhom daqs ir-​ramel. Dal-ġens iwaqqaʼ s-​slaten għaż-​żuffjett, jidħak bil-​prinċpijiet, jiddieħak b’kull fortizza, u jtallaʼ gzuz taʼ terrapien u lilha jieħu! Mbagħad jonfoħ bħar-​riħ u jibqaʼ għaddej, dal-ħati li qawwietu [‘jafha lil,’ NW] alla tiegħu!”

  • Kemm Baqgħalhom in-Nies mill-Agħar?
    It-Torri tal-Għassa—2000 | Frar 1
    • 12. X’inhi l-​attitudni tal-​Babiloniżi, u dan l-​għadu formidabbli taʼ liema ħaġa fil-​fatt se jsir “ħati”?

      12 L-armata tal-​Kaldin twaqqaʼ lis-​slaten għaż-​żuffjett u tiddieħaq bil-​prinċpijiet, li lkoll kemm huma m’għandhomx ħila jwaqqfu l-​avvanz kontinwu tagħha. ‘Tiddieħaq b’kull fortizza,’ għax kwalunkwe fortizza ċċedi meta l-​Babiloniżi ‘jtellgħu gzuz taʼ terrapien’ billi jibnu borġ ġebel biex jattakkaw minn fuqu. Fiż-​żmien imwaqqat taʼ Jehovah, l-​għadu formidabbli “mbagħad jonfoħ bħar-​riħ.” Bl-​attakk tiegħu fuq Ġuda u Ġerusalemm, dan fil-​fatt se jsir “ħati” taʼ ħsara lill-​poplu t’Alla. Wara li jikseb rebħa f’ħakka t’għajn, il-​kmandant tal-​Kaldin se jiftaħar: ‘Din il-​qawwa nafuha lil alla tagħna!’ Imma kemm ma jaf xejn miskin!

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja