LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Tħallix Idejk Jintelqu”
    It-Torri tal-Għassa—1996 | Marzu 1
    • 11, 12. (a) Liema parti oħra tal-​profezija taʼ Sofonija ġiet imwettqa fuq il-​fdal? (b) Il-fdal midlukin kif taw kas tas-​sejħa, “Tħallix idejk jintelqu”?

      11 Il-​fdal leali jithennew li ġew meħlusin fl-​1919 minn skjavitù spiritwali taħt Babilonja l-​Kbira, l-​imperu dinji taʼ reliġjon falza. Huma esperjenzaw it-​twettiq tal-​profezija taʼ Sofonija: “Għajjat bil-​ferħ taʼ qalbek, bint Sijon, Israel, semmaʼ leħnek! Infexx fil-​hena u ifraħ b’qalbek kollha, ja bint Ġerusalemm! Neħħa l-​Mulej minn fuqek is-​sentenza li kellek kontra tiegħek, keċċa l-​egħdewwa tiegħek. Is-​sultan t’Israel, il-​Mulej hu f’nofsok; ma jkollokx iżjed ħsara minn xiex tibżaʼ. Dak in-​nhar igħidu lil Ġerusalemm: ‘Tibżax, Sijon, tħallix idejk jintelqu: il-​Mulej, Alla tiegħek, qiegħed f’nofsok, gwerrier li jsalva.’” —Sofonija 3:14-17.

      12 Bil-​konvinzjoni u prova abbundanti li Jehovah qiegħed f’nofshom, il-​fdal midlukin komplew jimxu ’l quddiem bla biżaʼ f’li jwettqu l-​inkarigu divin tagħhom. Huma ppridkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna u għamlu magħrufin il-​ġudizzji taʼ Jehovah kontra l-​Kristjaneżmu, il-​bqija taʼ Babilonja l-​Kbira, u s-​sistema t’affarijiet mill-​agħar kollha kemm hi taʼ Satana. Minkejja kull diffikultà, matul is-​snin mill-​1919 ’il hawn, obdew il-​kmand divin: “Tibżax, Sijon, tħallix idejk jintelqu.” Huma ma tgħażżnux f’li jqassmu biljuni taʼ fuljetti, rivisti, kotba, u libretti li jħabbru s-​Saltna taʼ Jehovah. Kienu t’eżempju li jispira l-​fidi għan-​ngħaġ l-​oħrajn li, mill-​1935 ’l hawn, inġemgħu magħhom.

      “Tħallix Idejk Jintelqu”

      13, 14. (a) Xi Lhud għala daru lura milli jaqdu lil Jehovah, u dan kif ġie muri? (b) X’ma jkunx għaqli li nagħmlu, u f’liema xogħol m’għandniex inħallu jdejna jintelqu?

      13 Waqt li ‘nistennew’ il-​jum il-​kbir taʼ Jehovah, kif nistgħu nieħdu għajnuna prattika mill-​profezija taʼ Sofonija? L-​ewwel, għandna noqgħodu attenti li ma nsirux bħal-​Lhud fi żmien Sofonija li daru lura milli jsegwu lil Jehovah għaliex ħaddnu dubji dwar kemm kien qrib il-​jum taʼ Jehovah. Lhud bħal dawk mhux neċessarjament li stqarrew id-​dubji tagħhom fil-​miftuħ, imma l-​korsa t’azzjoni tagħhom uriet li huma m’emmnux realment li l-​jum il-​kbir taʼ Jehovah kien qrib. Ikkonċentraw fuq li jgeddsu ġid materjali minflok ma jistennew lil Jehovah.—Sofonija 1:12, 13; 3:8.

      14 Illum m’huwiex iż-​żmien li nħallu dubji jinbtu fi qlubna. Ma jkunx wisq għaqli li nippostponu fi mħuħna jew fi qlubna l-​miġja tal-​jum taʼ Jehovah. (2 Pietru 3:1-4, 10) Għandna nevitaw li nduru lura milli nsegwu lil Jehovah jew milli ‘nħallu jdejna jintelqu’ fis-​servizz tiegħu. Dan jinkludi li ma naħdmux ‘b’id għażżiena’ fl-​ippridkar tagħna tal-​“Bxara t-​tajba.”—Proverbji 10:4; Mark 13:10.

  • “Tħallix Idejk Jintelqu”
    It-Torri tal-Għassa—1996 | Marzu 1
    • 16. Liema stat mentali jeżisti fost ħafna membri tal-​knejjes tal-​Kristjaneżmu, imma Jehovah liema inkuraġġiment jagħtina?

      16 L-​indifferenza hija l-​attitudni prevalenti llum f’ħafna partijiet tad-​dinja, partikolarment fil-​pajjiżi iżjed għonja. Saħansitra membri tal-​knejjes tal-​Kristjaneżmu sempliċement ma jemmnux li Alla Jehovah se jintervjeni fi kwistjonijiet umani fi żmienna. Huma jwarrbu l-​isforzi tagħna biex nilħquhom bl-​aħbar tajba tas-​Saltna jew bi tbissima xettika jew bi tweġiba xotta xotta “Minix interessat!” Taħt dawn il-​kundizzjonijiet, perseveranza fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar tistaʼ tkun tassew sfida. Dan jittestja s-​sabar fit-​tul tagħna. Imma permezz tal-​profezija taʼ Sofonija, Jehovah isaħħaħ lill-​poplu leali tiegħu, billi jgħid: “Tħallix idejk jintelqu: il-​Mulej, Alla tiegħek, qiegħed f’nofsok, gwerrier li jsalva; minħabba fik jithenna b’hena kbir, fi mħabbtu jġeddek, jinfexx minħabba fik f’agħjat taʼ ferħ.”—Sofonija 3:16, 17.

      17. Liema eżempju mill-​aħjar għandhom isegwu wħud ġodda fost in-​ngħaġ oħrajn, u kif?

      17 Huwa fatt fl-​istorja tan-​nies taʼ Jehovah fi żmienna li l-​fdal, kif ukoll uħud ixjeħ fost in-​ngħaġ oħrajn, wettqu xogħol tremend taʼ ġbir f’dawn l-​aħħar jiem. Dawn il-​Kristjani leali kollha wrew sabar fit-​tul matul is-​snin. Ma ħallewx l-​indifferenza min-​naħa tal-​maġġoranza fil-​Kristjaneżmu tiskuraġġihom. Mela jalla l-​uħud ġodda fost in-​ngħaġ oħrajn ma jħallux lilhom infushom jiġu skuraġġiti bl-​indifferenza lejn affarijiet spiritwali li hija tant prevalenti f’ħafna pajjiżi llum. Jalla ma jħallux ‘idejhom jintelqu,’ jew ibattu. Jalla jużaw kull opportunità biex jippreżentaw It-​Torri Taʼ L-​Għassa, l-​Awake!, u pubblikazzjonijiet oħrajn mill-​aħjar imfasslin speċjalment biex jgħinu nies bħal ngħaġ jitgħallmu l-​verità dwar il-​jum taʼ Jehovah u l-​barkiet li se jiġu wara.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja