LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Jum il-Ħaqq taʼ Jehovah Qrib!
    It-Torri tal-Għassa—2001 | Frar 15
    • 17. Skond Sofonija 1:​14​-16, kemm hu qrib jum il-​ħaqq taʼ Jehovah?

      17 Kemm hu qrib jum il-​ħaqq taʼ Jehovah? Skond Sofonija 1:​14-16, Alla jiżgurana b’dan il-​kliem: “Il-​Jum il-​kbir tal-​Mulej fil-​qrib! Fil-​qrib, u riesaq b’ħeffa li ma bħalha! Jum il-​Mulej l-​għajta tiegħu twerwrek, tintrafaʼ mbagħad bħal għajta taʼ gwerrier. Hu jum taʼ korla dak il-​Jum, jum taʼ dwejjaq u niket, jum taʼ qerda u diqa, jum taʼ dlam u swied, jum imsaħħab u taʼ ċpar magħqud; il-​jum għad-​daqq tat-​tromba u għall-​għajat tal-​gwerra kontra l-​ibliet fortizzi u s-​swar għoljin.”

  • Jum il-Ħaqq taʼ Jehovah Qrib!
    It-Torri tal-Għassa—2001 | Frar 15
    • 19, 20. (a) Liema kienu xi affarijiet li ġraw meta Alla esprima l-​korla tiegħu fuq Ġuda u Ġerusalemm? (b) Meta tqis li dalwaqt f’din id-​dinja se jinqered biss min ikun ħaqqu, liema mistoqsijiet iqumu?

      19 Meta Alla esprima l-​korla tiegħu kontra Ġuda u Ġerusalemm kien “jum taʼ dwejjaq u niket.” Il-​Babiloniżi li invadewhom ġabu tbatija kbira fuq l-​abitanti taʼ Ġuda, inkluż diqa mentali fin-​nies li raw quddiem għajnejhom tant imwiet u qerda. Dak il-​“jum taʼ qerda u diqa” kien wieħed taʼ dlam, sħab iswed u ċpar magħqud, forsi mhux biss figurattivament imma anki letteralment minħabba d-​dħaħen u l-​massakri li kien hemm maʼ kullimkien. Kien “jum għad-​daqq tat-​tromba u għall-​għajat tal-​gwerra,” imma t-​twissijiet waqgħu fuq widnejn torox.

      20 L-​għassiesa taʼ Ġerusalemm ma setgħu jagħmlu xejn hekk kif il-​Babiloniżi, permezz taʼ travi ħoxnin, bdew iġarrfu “l-​ibliet fortizzi u s-​swar għoljin.” Fi żmienna l-​fortifikazzjonijiet taʼ din id-​dinja mill-​agħar li qegħdin ngħixu fiha ma se jiswew għalxejn meta mqabblin mal-​ħażna t’armamenti li Alla se juża mis-​sema biex jeqred biss lil min ikun ħaqqu. Tittama int li tinħeles? Ħadt int pożizzjoni soda fuq in-​naħa taʼ Jehovah, li ‘jħares lil ħbiebu kollha, imma lill-​ħżiena jeqridhom’?​—Salm 145:20.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja