LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Jum il-Ħaqq taʼ Jehovah Qrib!
    It-Torri tal-Għassa—2001 | Frar 15
    • 6-8. X’kien imbassar f’Sofonija 1:​4-6, u din il-​profezija kif twettqet f’Ġuda tal-​qedem?

      6 Sofonija qiegħed ibassar l-​atti t’Alla kontra l-​adoraturi foloz meta f’Sofonija 1:​4-6 jgħid: “Idi tilħaq lil Ġuda, u lin-​nies kollha taʼ Ġerusalemm. U minn dal-post inqaċċat kull ma għad hawn minn Bagħal, sa l-​istess isem tal-​qassisin tiegħu; u ’l dawk li fuq il-​bjut jaduraw lill-​eżerċtu tas-​smewwiet; lil dawk li jaduraw, iva, lill-​Mulej, imma jaħilfu bl-​isem taʼ Milkom; lil dawk li ma baqgħux wara l-​Mulej, lil dawk li xejn ma jfittxu lill-​Mulej, xejn ma jqisuh.”

  • Jum il-Ħaqq taʼ Jehovah Qrib!
    It-Torri tal-Għassa—2001 | Frar 15
    • 8 Alla kien se jqaċċat ukoll lil dawk li kienu “jaduraw lill-​eżerċtu tas-​smewwiet,” milli jidher lil dawk li kienu jipprattikaw l-​astroloġija u jaduraw ix-​xemx. (2 Slaten 23:11; Ġeremija 19:13; 32:29) Il-​korla divina kienet se tixgħel ukoll kontra dawk li kienu jipprovaw iħalltu l-​qima vera mar-​reliġjon falza billi “jaduraw, iva, lill-​Mulej, imma jaħilfu bl-​isem taʼ Milkom,” li x’aktarx hu isem ieħor għal Molek, l-​alla prinċipali taʼ l-​Għammonin. U lil Molek saħansitra kienu jissagrifikawlu t-​tfal biex iqimuh.​—1 Slaten 11:5; Ġeremija 32:35.

      Tmiem il-​Kristjaneżmu Qrib!

      9. (a) Taʼ liema ħaġa hu ħati l-​Kristjaneżmu? (b) Kuntrarju għan-​nies żleali taʼ Ġuda, x’għandna nkunu determinati li nagħmlu?

      9 Ma jfakkarniex dan kollu fil-​Kristjaneżmu, li miżgħud bil-​qima falza u l-​astroloġija? U mhix tabilħaqq xi ħaġa taʼ stmerrija meta tara miljuni taʼ ħajjiet sagrifikati fuq l-​artal tal-​gwerer appoġġati mill-​kleru? Jalla qatt ma nkunu bħan-​nies żleali taʼ Ġuda li “ma baqgħux wara l-​Mulej,” għax saru indifferenti u ma baqgħux ifittxuh jew iqisu l-​gwida tiegħu. Minflok, ejja nżommu l-​integrità tagħna lejn Alla.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja