LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Kien Leali Minkejja l-Provi
    Imita l-Fidi Tagħhom
    • Baqaʼ Leali Meta Ġesù Kkoreġieh

      11. Ġesù fejn ħadhom lis-​segwaċi tiegħu? (Ara wkoll in-​nota taʼ taħt.)

      11 Ftit wara dak iż-​żmien meta kellu ħafna x’jagħmel, Ġesù ħa lill-​appostli tiegħu u lil xi dixxipli fuq vjaġġ twil lejn it-​Tramuntana. Il-​quċċata tal-​Muntanja Ħermon li kienet miksija bis-​silġ, fl-​iktar parti mbiegħda fit-​Tramuntana tal-​Art Imwiegħda, kultant kienet tkun tidher anki mill-​baħar kaħlani tal-​Galilija. Ftit ftit, Ġesù u d-​dixxipli tiegħu kienu qed jivvjaġġaw lejn irħula qrib Ċesarija Filippi u jersqu eqreb lejn il-​Muntanja Ħermon.b F’dan l-​ambjent mill-​isbaħ, b’veduta taʼ parti kbira mill-​Art Imwiegħda lejn in-​Nofsinhar, Ġesù staqsa lis-​segwaċi tiegħu mistoqsija importanti.

      12, 13. (a) Ġesù għala ried ikun jaf min il-​folol ħasbu li kien? (b) Fil-​kliem tiegħu lil Ġesù, Pietru kif wera fidi ġenwina?

      12 “Il-​folol min qed jgħidu li jien?” ried ikun jaf hu. Nistgħu nimmaġinaw lil Pietru jħares fl-​għajnejn mimlijin ħrara taʼ Ġesù u jerġaʼ jara l-​qalb tajba u l-​intelliġenza kbira li kellu Sidu. Ġesù ried ikun jaf xi bdew jaħsbu n-​nies dwaru. Id-​dixxipli taʼ Ġesù wieġbu l-​mistoqsija u rripetew xi ideat popolari imma żbaljati li kien hemm dwar l-​identità taʼ Ġesù. Imma Ġesù ried ikun jaf iktar. Kienu l-​iktar segwaċi qrib tiegħu qed jagħmlu l-​istess żbalji? “Iżda intom min tgħidu li jien?” staqsa hu.—Lq. 9:18-​20.

  • Kien Leali Minkejja l-Provi
    Imita l-Fidi Tagħhom
    • b Mix-​xtut tal-​Baħar tal-​Galilija, dak il-​vjaġġ taʼ 50 kilometru ħa lill-​grupp minn xi 210 metri taħt il-​livell tal-​baħar sa 350 metru ’l fuq mil-​livell tal-​baħar, minn reġjuni li jpaxxu l-​għajn.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja